Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

Mistoqsijiet parlamentari
PDF 201kWORD 29k
7 ta' Marzu 2014
E-002713-14
Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub E-002713-14
lill-Kummissjoni (Viċi President/Rappreżentant Għoli)
Artikolu 117 tar-Regoli ta’ Proċedura
Barbara Matera (PPE) , Lara Comi (PPE) , Cristiana Muscardini (ECR) , Marco Scurria (PPE) , David Casa (PPE) , Dubravka Šuica (PPE) , Marietje Schaake (ALDE) , Sophia in 't Veld (ALDE) , Iñaki Irazabalbeitia Fernández (Verts/ALE) , Joanna Senyszyn (S&D) , Angelika Werthmann (ALDE) , Marie-Thérèse Sanchez-Schmid (PPE) , Nicole Sinclaire (NI) , Roberta Metsola (PPE) , Anne Delvaux (PPE) , Ana Gomes (S&D) , Jörg Leichtfried (S&D) , Hannu Takkula (ALDE) , Rolandas Paksas (EFD) , Joanna Katarzyna Skrzydlewska (PPE) , Zuzana Roithová (PPE) , Reinhard Bütikofer (Verts/ALE) , Antigoni Papadopoulou (S&D) , Alda Sousa (GUE/NGL) , Jan Březina (PPE) , Marisa Matias (GUE/NGL) , Salvador Sedó i Alabart (PPE) , Jean Lambert (Verts/ALE) , Rosa Estaràs Ferragut (PPE)

 Suġġett:  VP/HR — Id-drittijiet tan-nisa miżmuma f'detenzjoni fl-Eġittu
 Tweġiba bil-miktub 

Rapporti riċenti tal-aħbarijiet żvelaw li l-Eġittu qed jerġa' jwettaq “testijiet tal-virġinità” fuq in-nisa miżmuma f'detenzjoni. It-testijiet tal-virġinità huma invażivi u l-Amnesty International tqis li huma forma ta' tortura. Dawn jikkonsistu f'eżami li jiċċekkja jekk hemmx demm fl-imene (fil-ħajta). Ta' min jinnota li r-rapporti ma ġewx verifikati estensivament jew ikkonfermati. Meta l-armata Eġizzjana ħadet il-poter għall-ewwel darba, din iddikjarat li se tipprojbixxi t-testijiet tal-virġinità, imma dan għadu ma seħħx. Fil-fatt, fl-2012 il-Ġeneral Abdel Fattah el-Sissi ddefenda t-testijiet billi qal li dawn kienu maħsuba “biex jipproteġu lit-tfajliet mill-istupru, u lis-suldati u l-uffiċjali minn akkużi ta' stupru”. Hu fatt inkwetanti li kandidat għall-elezzjonijiet presidenzjali Eġizzjani jiddefendi testijiet bħal dawn, li jiksru d-drittijiet tan-nisa. Dawn it-testijiet jikkostitwixxu b'mod ċar ksur tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW). Barra minn hekk, dawn qed iseħħu flimkien ma' sforzi mġedda biex jintemmu l-protesti politiċi, billi min jipprotesta qed jiġi arrestat u suġġett għal kundizzjonijit orrendi fil-ħabs.

It-Taskforce UE‐l-Eġittu approvat pakkett ta' għajnuna li jgħin il-promozzjoni tal-edukazzjoni, il-ġlieda kontra l-abbużi min-nisa u ż-żieda tal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-proċess elettorali. Madankollu, hu importanti li l-Kummissjoni tkompli ssemma' leħinha meta jinkisru d-drittijiet taċ-ċittadini Eġizzjani, kif qed jiġri f'dan il-każ.

1. X'livell ta' piż bi ħsiebha teżerċita l-Viċi President/Rappreżentant Għoli bil-għan li tiżgura li l-mexxej futur tal-Eġittu jipprojbixxi dawn it-testijiet hekk imsejħa tal-virġinità u jtejjeb id-drittijiet tal-persuni l-iktar vulnerabbli fil-pajjiż fid-dawl tal-operazzjonijiet severi ġodda kontra l-opponenti politiċi?

2. Il-Kummissjoni qed tippjana li toffri għajnuna finanzjarja jew ta' medjazzjoni sabiex dawn l-ilmenti ta' oppressjoni militari jkunu jistgħu jiġu investigati fil-qrati ċivili, u l-awturi tar-reati jinġabu quddiem il-ġustizzja?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: ENĠU C 355, 08/10/2014
Avviż legali - Politika tal-privatezza