Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

Mistoqsijiet parlamentari
PDF 198kWORD 26k
13 ta' Frar 2015
E-002419-15
Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub E-002419-15
lill-Kummissjoni
Artikolu 130 tar-Regoli ta’ Proċedura
Ignazio Corrao (EFDD) , Laura Ferrara (EFDD) , Monica Macovei (PPE) , Elly Schlein (S&D) , Barbara Spinelli (GUE/NGL) , Caterina Chinnici (S&D) , Dennis de Jong (GUE/NGL) , Kashetu Kyenge (S&D) , Luigi Morgano (S&D) , József Nagy (PPE) , Louis Michel (ALDE) , Carlos Coelho (PPE) , Birgit Sippel (S&D) , Ska Keller (Verts/ALE) , Judith Sargentini (Verts/ALE) , Juan Fernando López Aguilar (S&D) , Péter Niedermüller (S&D) , Roberta Metsola (PPE) , Soraya Post (S&D) , Gérard Deprez (ALDE)

 Suġġett:  Traspożizzjoni ta' miżuri ta' qabel it-Trattat ta' Lisbona fl-oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija
 Tweġiba bil-miktub 

Sa minn tmiem il-perjodu tranżitorju previst mill-Protokoll 36 għat-Trattat ta' Lisbona (1 ta' Diċembru 2014), il-Kummissjoni tista' ttella' quddiem il-QtĠ-UE lil dawk l-Istati Membri li ma jkunux trasponew b'mod korrett il-miżuri tal-UE li kienu ġew adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fi kwistjonijiet kriminali (il-listi relevanti huma ppubblikati b'referenza speċifika għall-pożizzjoni tar-Renju Unit fil-Ġurnal Uffiċjali C-430 tal-1 ta' Diċembru 2014).

F'xi wħud mill-każijiet, il-Kummissjoni diġà wissiet lill-Istati Membri dwar il-fatt li l-proċeduri ta' ksur jistgħu jinbdew f'qasir żmien. F'każijiet oħrajn, il-Kummissjoni tikkunsidra li xi miżuri ta' qabel it-Trattat ta' Lisbona m'għadhomx jgħoddu u pproponiet li jiġu ritirati. Madankollu, minkejja r-rwol u r-responsabilitajiet il-ġodda tiegħu f'dawn l-oqsma, sa issa l-Parlament għadu ma ġiex infurmat għalkollox dwar is-sitwazzjoni attwali ta' kull miżura ta' qabel it-Trattat ta' Lisbona f'kull Stat Membru fl-oqsma hawn fuq imsemmija.

Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, tali informazzjoni altru li hija meħtieġa biex il-Parlament ikun jista' jeżerċita b'mod sħiħ ir-responsabilitajiet il-ġodda tiegħu u suppost kellha diġà tkun mgħoddija mill-Kummissjoni skont il-prinċipju tal-kooperazzjoni leali.

Il-Kummissjoni meta se tippreżenta din l-informazzjoni lill-Parlament?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN 
Avviż legali - Politika tal-privatezza