Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

Mistoqsijiet parlamentari
PDF 196kWORD 17k
24 ta' Frar 2017
E-001240-17
Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub E-001240-17
lill-Kummissjoni
Artikolu 130 tar-Regoli ta’ Proċedura
Christel Schaldemose (S&D) , Frédérique Ries (ALDE) , Marc Tarabella (S&D) , Marisa Matias (GUE/NGL) , Bogdan Brunon Wenta (PPE) , Therese Comodini Cachia (PPE) , Pavel Poc (S&D)

 Suġġett:  Il-korrelazzjoni bejn il-bisfenol A u d-dijabete
 Tweġiba bil-miktub 

Il-bisfenol A (BPA) huwa waħda mis-sustanzi kimiċi l-aktar komuni fil-prodotti ta' kuljum. Konsegwentement, 95 % tal-persuni kollha għandhom livelli baxxi iżda perċettibbli ta' BPA f'ġisimhom.

Bosta studji xjentifiċi juru li hemm korrelazzjoni qawwija bejn il-BPA u Interferenti Endokrinali oħra u l-bidu tad-dijabete, l-obeżità u mard ieħor, anki f'livelli baxxi ta' esponiment (id-doża tollerabbli ta' kuljum hija inqas minn 4 µg/kg piż tal-ġisem/jum).

Flimkien ma' predispożizzjoni ġenetika u tibdil fl-istil tal-ħajja, l-interferenti endokrinali jistgħu jkunu l-kawżi prinċipali tal-epidemija kurrenti ta' obeżità u dijabete. Id-dijabete waħedha hija responsabbli għal 627 000 mewt kull sena fl-Ewropa.

Filwaqt li l-EFSA u l-Food and Drug Administration (FDA) tal-Istati Uniti jirrikonoxxu inċertezza dwar il-perikli relatati mal-BPA f'dan il-mument, huma jikkonkludu sorprendentement ukoll li fil-livelli kurrenti ta' esponiment il-BPA mhuwa ta' ebda riskju għas-saħħa tal-konsumaturi tkun xi tkun l-età tagħhom.

Il-Kummissjoni hija konxja tad-diskrepanza bejn l-evidenza xjentifika disponibbli dwar il-BPA u l-pożizzjoni tal-EFSA u l-FDA?

B'kont meħud tal-impatt potenzjali fuq is-saħħa, x'passi se tieħu l-Kummissjoni biex tiżgura li ssir aktar riċerka dwar il-BPA u interferenti endokrinali oħra fl-Ewropa?

Skont l-aħħar żviluppi xjentifiċi fil-qasam, il-Kummissjoni se tiddedika attenzjoni speċifika lill-BPA fuq medda qasira ta' żmien?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN 
Avviż legali - Politika tal-privatezza