Mistoqsija Parlamentari - E-001400/2018Mistoqsija Parlamentari
E-001400/2018

Id-detenzjoni ta' tfal mhux akkumpanjati f'ċelel tal-għassa tal-pulizija fil-Greċja

Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub E-001400-18
lill-Kummissjoni
Artikolu 130 tar-Regoli ta’ Proċedura
Barbara Spinelli (GUE/NGL) , Beatriz Becerra Basterrechea (ALDE) , Tanja Fajon (S&D) , Maria Grapini (S&D) , Maria Gabriela Zoană (S&D) , Tokia Saïfi (PPE) , Pina Picierno (S&D) , Neoklis Sylikiotis (GUE/NGL) , Takis Hadjigeorgiou (GUE/NGL) , Maite Pagazaurtundúa Ruiz (ALDE) , Sergio Gaetano Cofferati (S&D) , Mercedes Bresso (S&D) , Silvia Costa (S&D) , Bart Staes (Verts/ALE) , Marlene Mizzi (S&D) , Malin Björk (GUE/NGL) , Carlos Coelho (PPE) , Ramón Luis Valcárcel Siso (PPE) , Antonio López-Istúriz White (PPE) , Anna Hedh (S&D) , Marita Ulvskog (S&D) , Jytte Guteland (S&D) , Jens Nilsson (S&D) , Wajid Khan (S&D) , Luigi Morgano (S&D) , Javier Nart (ALDE) , Ana Gomes (S&D) , Gérard Deprez (ALDE) , Izaskun Bilbao Barandica (ALDE) , Curzio Maltese (GUE/NGL) , João Pimenta Lopes (GUE/NGL) , João Ferreira (GUE/NGL) , Vilija Blinkevičiūtė (S&D) , Nikolaos Chountis (GUE/NGL) , Molly Scott Cato (Verts/ALE) , Javier Couso Permuy (GUE/NGL) , Michaela Šojdrová (PPE) , Petras Auštrevičius (ALDE) , Julie Ward (S&D) , Merja Kyllönen (GUE/NGL) , Nathalie Griesbeck (ALDE) , Jean Lambert (Verts/ALE) , Barbara Lochbihler (Verts/ALE) , Tania González Peñas (GUE/NGL) , Marisa Matias (GUE/NGL) , Claude Turmes (Verts/ALE) , Dietmar Köster (S&D) , Claude Moraes (S&D) , Eva Joly (Verts/ALE) , Soraya Post (S&D) , Benedek Jávor (Verts/ALE) , Hilde Vautmans (ALDE) , Monika Beňová (S&D) , Miguel Urbán Crespo (GUE/NGL) , Elly Schlein (S&D) , Ernest Urtasun (Verts/ALE) , Bodil Valero (Verts/ALE) , António Marinho e Pinto (ALDE) , Helmut Scholz (GUE/NGL) , Kostas Chrysogonos (GUE/NGL) , Jordi Solé (Verts/ALE) , Sirpa Pietikäinen (PPE) , Martina Anderson (GUE/NGL) , Stefan Eck (GUE/NGL) , Sophia in 't Veld (ALDE) , Josef Weidenholzer (S&D) , Nessa Childers (S&D) , Olle Ludvigsson (S&D) , Anna Maria Corazza Bildt (PPE) , Caterina Chinnici (S&D)

Il-Human Rights Watch (HRW) tirrapporta li fil-Greċja, lejn l-aħħar ta' Diċembru 2017, 54 tifel u tifla mhux akkumpanjati nżammu fiċ-ċelel tal-għassa tal-pulizija jew f'ċentri ta' detenzjoni tal-immigranti[1]. Ir-riċerka tagħha sabet li dawn it-tfal għexu “f'kundizzjonijiet mhux sanitarji, ħafna drabi ma' adulti li ma jiġux minnhom” u jistgħu jkunu “soġġetti għal abbuż u trattament ħażin mill-pulizija”.

Id-detenzjoni tat-tfal hija kuntrarja għal-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem[2], kif stipulat ukoll mill-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja, il-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u r-Rapporteur Speċjali dwar it-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra.

L-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 jistipula li l-Istati Membri għandhom jikkooperaw flimkien mill-viċin, għandhom iqisu l-possibbiltajiet ta' riunifikazzjoni tal-familja u, fil-każ ta' minorenni mhux akkumpanjati, għandhom “kemm jista' jkun malajr, jieħdu azzjoni adatta biex jidentifikaw il-membri tal-familja, aħwa jew qraba tal-minorenni mhux akkumpanjati fit-territorju tal-Istati Membri”.

Il-Kummissjoni hija konxja ta' din is-sitwazzjoni u, jekk iva, x'passi ser tieħu biex tappoġġja miżuri alternattivi għad-detenzjoni, sabiex titħaffef ir-riunifikazzjoni tal-familja mill-Greċja mal-qraba u r-rilokazzjoni sikura ta' tfal mhux akkumpanjati li jkunu qegħdin ifittxu l-asil anki jekk ma jkollhomx rabtiet familjari?

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' April 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza