Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Mistoqsijiet parlamentari
PDF 190kWORD 18k
12 ta' Ottubru 2018
E-005215-18
Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub E-005215-18
lill-Kummissjoni
Artikolu 130 tar-Regoli ta’ Proċedura
Miriam Dalli (S&D)

 Suġġett:  Il-kundizzjonijiet tal-annimali tal-kumpanija fit-trasport bl-ajru
 Tweġiba bil-miktub 

Għadd ta' linji tal-ajru jippermettu numru u tip limitat ta' annimali domestiċi fil-kabina filwaqt li oħrajn jillimitaw il-vjaġġ fil-kabina għall-annimali tal-assistenza. Għal dan, is-sidien iħallsu tariffa li tvarja minn EUR 30 għal EUR 200, sabiex l-annimal domestiku jitħalla taħt riġlejhom jew taħt posthom.

It-tariffa ma tippermettix l-allokazzjoni possibbli tal-post, anki jekk il-passiġġieri jkunu jeħtieġu aktar wisa' għal riġlejhom.

Ġie xjentifikament ippruvat li l-livelli ta' stress tal-annimali jogħlew matul it-trasport bl-ajru, fatt li jista' jħalli impatt negattiv fuq saħħet l-annimali domestiċi.

Il-linji tal-ajru jimponu li l-gaġġa tal-ivvjaġġar tkun biżżejjed kbira biex il-klieb ikunu jistgħu jqumu bilwieqfa u jduru dawramejt fil-gaġġa. Fil-prattika, il-klieb, anki dawk li jiżnu anqas minn 5 kg, ma jkunux jistgħu jduru minħabba li l-gaġġa tkun kbira 40 cm x 34 cm x 20 cm.

Fid-dawl tat-tariffi diġà mħallsa, mil-lat tal-ħarsien tal-konsumatur, il-Kummissjoni tista' teżamina s-suġġeriment li l-annimali domestiċi fil-gaġeġ jitħallew fuq ħoġor sidhom, u mhux jiddeffsu fi spazju dejjaq?

Ikun possibbli li s-sidien tal-annimali domestiċi jitħallew jixtru post tal-passiġġieri biex jagħtu aktar spazju lill-annimal domestiku tagħhom jew għal gaġġa akbar?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN 
Aġġornata l-aħħar: 26 ta' Ottubru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza