Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

Mistoqsijiet parlamentari
PDF 53kWORD 19k
1 ta' Frar 2019
E-000607-19
Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub E-000607-19
lill-Kummissjoni
Artikolu 130 tar-Regoli ta’ Proċedura
Eleonora Evi (EFDD) , Bart Staes (Verts/ALE) , Fabio Massimo Castaldo (EFDD) , Younous Omarjee (GUE/NGL) , Julie Ward (S&D) , Thomas Waitz (Verts/ALE) , Isabella Adinolfi (EFDD) , John Flack (ECR) , Isabella De Monte (S&D) , Mark Demesmaeker (ECR) , Pascal Durand (Verts/ALE) , Keith Taylor (Verts/ALE) , Anja Hazekamp (GUE/NGL) , Benedek Jávor (Verts/ALE) , Dario Tamburrano (EFDD) , Alex Mayer (S&D) , Stefan Eck (GUE/NGL) , Ivo Vajgl (ALDE) , Heidi Hautala (Verts/ALE) , Emil Radev (PPE) , Guillaume Balas (S&D) , Miriam Dalli (S&D) , Marlene Mizzi (S&D) , Tilly Metz (Verts/ALE) , Karin Kadenbach (S&D) , Sirpa Pietikäinen (PPE) , Florent Marcellesi (Verts/ALE)

 Suġġett:  Projbizzjoni fl-UE kollha tal-użu ta' annimali selvaġġi fiċ-ċirkli minħabba raġunijiet ta' sigurtà pubblika, sikurezza pubblika, saħħa tal-bniedem u saħħa tal-annimali
 Tweġiba bil-miktub 

L-użu ta' annimali selvaġġi fiċ-ċirkli għandu riperkussjonijiet fuq is-sigurtà pubblika, is-sikurezza pubblika, is-saħħa tal-bniedem u s-saħħa tal-annimali.

L-inadegwatezza tal-istrutturi li fihom jinżammu l-annimali, il-prossimità taċ-ċirkli għal żoni urbani u n-nuqqasijiet fil-miżuri ta' sigurtà ta' spiss iwasslu għal inċidenti(1).

Barra minn hekk, minħabba n-natura itineranti taċ-ċirki, l-annimali jkollhom jgħaddu minn vjaġġi twal u rilokazzjonijiet bla waqfien, u jqattgħu żmien twil fi trakkijiet u gaġeġ żgħar ħafna, bil-konsegwenza li r-riskju ta' tixrid tal-mard u ta' inċidenti matul it-trasport tagħhom jiżdied.

In-nuqqas ta' armonizzazzjoni f'dan il-qasam ikompli jaggrava dan it-tħasib. Hemm tnejn u għoxrin Stat Membru li diġà daħħlu fis-seħħ restrizzjonijiet, jiġifieri projbizzjoni parzjali jew sħiħa, u l-istess għamlu diversi muniċipalitajiet. Madankollu, dawn ikollhom jaċċettaw ċirkli bl-annimali li jgħaddu mit-territorju tagħhom.

F'dan il-kuntest jenħtieġ li wieħed isemmi wkoll it-tħassib dwar il-benessri tal-annimali, flimkien man-nuqqas ta' valur edukattiv tal-wirjiet li jinvolvu l-annimali u n-nuqqas ta' appoġġ min-naħa taċ-ċittadini tal-UE favur l-użu tal-annimali selvaġġi fiċ-ċirkli(2).

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq:
1. Il-Kummissjoni biħsiebha tħejji proposta għal projbizzjoni fl-UE kollha tal-użu ta' annimali selvaġġi fiċ-ċirkli?
2. Il-Kummissjoni tista' tagħmel kjarifika dwar jekk iċ-ċirki li jużaw annimali selvaġġi jirċevux appoġġ permezz ta' programmi ffinanzjati mill-UE?

(1)Sors: http://www.eurogroupforanimals.org/wp-content/uploads/E4A-Circus_Report-Digital-OK-v2.pdf?utm_source=PDF&utm_campaign=CircusReport
(2)https://www.change.org/p/european-union-ban-wild-animals-in-circuses

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN 
Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Marzu 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza