Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Mistoqsijiet parlamentari
PDF 30kWORD 19k
21 ta' Ġunju 2019
E-001908/2019(ASW)
Tweġiba konġunta mogħtija mis-Sur Vella f'isem il-Kummissjoni Ewropea
Mistoqsijiet bil-miktub: E-001908/19 , E-002066/19
Referenzi tal-mistoqsijiet: E-001908/2019, E-002066/2019

F’Ġunju 2018, il-Kummissjoni adottat l-Inizjattiva tal-UE dwar il-Pollinaturi(1), l-ewwel azzjoni kkoordinata tal-UE li qatt indirizzat it-tnaqqis tal-insetti dakkara selvaġġi. L-inizjattiva tipprovdi qafas għal approċċ integrat għall-problema permezz tat-titjib fil-kollaborazzjoni tal-għarfien u tal-partijiet ikkonċernati, u permezz ta’ użu aktar effettiv tal-għodod u tal-politiki eżistenti sabiex jiġu indirizzati r-raġunijiet ewlenin għat-tnaqqis. L-inizjattiva tistabbilixxi objettivi fit-tul u wieħed u tletin azzjoni fuq perjodu ta’ żmien qasir. Il-Kummissjoni se teżamina r-riżultati tal-azzjonijiet sa tmiem l-2020 u, jekk ikun meħtieġ, tipproponi rakkomandazzjonijiet għal aktar azzjoni.

Minbarra l-azzjoni speċifika fuq l-insetti dakkara, il-Kummissjoni qed tindirizza t-tnaqqis tal-insetti permezz tal-istrateġija tagħha għall-bijodiversità tal-UE sal-2020(2). L-istrateġija tindirizza r-raġunijiet ewlenin għat-telf tal-bijodiversità, billi tintegra l-objettivi tal-bijodiversità fil-politiki settorjali u billi tiffaċilita l-azzjoni fil-livelli kollha ta’ governanza. Il-proposti tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali (2021‐2027)(3) għandhom l-għan li jkomplu jintegraw il-bijodiversità u s-servizzi ekosistemiċi f’politiki u fondi ewlenin tal-UE, b’mod partikolari permezz tat-tisħiħ tal-arkitettura ekoloġika tal-politika agrikola komuni l-ġdida. Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza l-importanza li l-ambizzjoni ambjentali ta’ dawn il-proposti tinżamm fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet interistituzzjonali. Jeħtieġ li r-raġunijiet ewlenin għat-telf tal-bijodiversità jiġu indirizzati fis-setturi u fil-livelli kollha sabiex jiġu ssalvagwardjati l-bijodiversità u s-servizzi ekosistemiċi li jirfdu s-sigurtà tal-ikel tagħna, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-isforzi tal-adattament, kif ukoll il-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli.

(1)COM/2018/395 final, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52018DC0395
(2)COM/2011/0244 final, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52011DC0244
(3)https://ec.europa.eu/info/about-european-commission/eu-budget/documents/multiannual-financial-framework/2021-2027_en

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Lulju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza