• EN - English
  • MT - Malti
Mistoqsija Parlamentari - E-002269/2019Mistoqsija Parlamentari
E-002269/2019

Esportazzjoni tal-plastik għar-riċiklaġġ

Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub E-002269-19
lill-Kummissjoni
Artikolu 138 tar-Regoli ta’ Proċedura
Roberta Metsola (PPE)

Fl-2017, iċ-Ċina pprojbixxiet l-importazzjoni ta' plastik ta' kwalità baxxa għar-riċiklaġġ, li wassal lil pajjiżi li qed ifittxu li jirriċiklaw l-iskart tagħhom barra mill-pajjiż biex ifittxu alternattivi f'pajjiżi fl-Asja tax-Xlokk b'regoli inqas stretti. Il-Vjetnam u t-Tajlandja issa ħadu passi biex jimblukkaw l-iskart tal-plastik importat kollu fis-snin li ġejjin, u pajjiżi oħra wkoll qed jiddibattu projbizzjonijiet sħaħ. Nofs il-plastik miġbur għar-riċiklaġġ fl-UE jiġi esportat għal trattament f'pajjiżi terzi.

Fit-tweġiba tagħha għall-Mistoqsija bil-Miktub E-001887/2019, il-Kummissjoni ddikjarat li l-leġiżlazzjoni tal-UE tippermetti biss l-esportazzjoni ta' skart mhux perikoluż għar-riċiklaġġ f'pajjiżi terzi jekk il-faċilitajiet li jirċievu l-iskart jitħaddmu skont l-istandards tas-saħħa tal-bniedem u tal-protezzjoni ambjentali li huma ġeneralment ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Unjoni Ewropea.

Meta wieħed iżomm f'moħħu li l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jimplimentaw u jinfurzaw l-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjeġġi ta' skart, il-Kummissjoni qiegħda twettaq kwalunkwe forma ta' kontroll fuq l-Istati Membri sabiex tiżgura li dawn ma jiksrux din il-leġiżlazzjoni tal-UE? Hija qed tippjana li tindirizza din il-kwistjoni b'mod sostenibbli fi kwalunkwe ftehim ma' pajjiżi mhux fl-UE fuq perjodu ta' żmien medju sa twil?

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Awwissu 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza