• EN - English
  • MT - Malti
Mistoqsija Parlamentari - E-003611/2019Mistoqsija Parlamentari
E-003611/2019

Il-monitoraġġ ta' magni li jagħtu rakkomandazzjonijiet fuq pjattaformi online

Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub  E-003611/2019
lill-Kummissjoni
Artikolu 138 tar-Regoli ta’ Proċedura
Roberta Metsola (PPE)

Il-pjattaformi online qegħdin jużaw dejjem aktar algoritmi li huma mfassla biex jakkwistaw informazzjoni mit-tiftix ta' utent finali. Meta jagħmlu dan, l-intenzjoni tagħhom hija li jissuġġerixxu kontenut relatat li l-utent finali jista' jsib interessanti, abbażi tat-tiftixa inizjali tiegħu jew tagħha.

Il-kumpanija tat-teknoloġija Mozilla talbet lill-pubbliku biex jirrapporta dak li jqis bħala "YouTube regrets", jiġifieri kontenut segwit fuq YouTube li jkun ibbażat fuq ir-riżultati ġġenerati mill-magna tagħha li tagħti rakkomandazzjonijiet. Hemm rapporti li tali rakkomandazzjonijiet setgħu esponew, bħala konsegwenza, lil membri vulnerabbli tas-soċjetà, inklużi minorenni, għal kontenut mhux xieraq. Hemm ukoll rapporti ta' persuni li joħolqu kontenut malizzjuż li deliberatament ifittxu individwi li jbatu b'mard mentali varju permezz ta' ttaggjar ta' keywords relatati maħsuba biex jimmanipulaw magni li jagħtu rakkomandazzjonijiet.

X'miżuri qed tieħu l-Kummissjoni, f'kollaborazzjoni ma' pjattaformi online, biex tiżgura li l-minorenni jkunu protetti minn kontenut mhux xieraq u potenzjalment ta' ħsara li l-magni li jagħtu rakkomandazzjonijiet lill-utenti jissuġġerixxu online?

X'linji gwida fasslet sabiex issib il-bilanċ it-tajjeb u jiġu promossi spazji sikuri fuq l-internet mingħajr il-bżonn li jiġi mmonitorjat?

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Novembru 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza