Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Mistoqsijiet parlamentari
PDF 43kWORD 18k
2 ta' Lulju 2020
 E-002466/2020
Tweġiba mogħtija mis-Sinjura Kyriakides
f'isem il-Kummissjoni Ewropea
Referenza tal-mistoqsija: E-002466/2020

Skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE(1), l-isforzi tal-Kummissjoni fil-qasam tas-saħħa, inkluża s-saħħa mentali, jiffukaw fuq l-appoġġ u l-ikkomplementar tal-politiki tal-Istati Membri.

Is-saħħa mentali bħalissa hija suġġett ta’ prijorità għall-Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Promozzjoni, il-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Mard mhux Komunikabbli(2). Fl-2019, il-Grupp ta’ Tmexxija stabbilixxa s-saħħa mentali bħala prijorità għat-trasferiment tal-aħjar prattika u sussegwentement għażel u kklassifika l-aħjar prattiki skont ir-rilevanza tagħhom għall-implimentazzjoni nazzjonali(3). Il-Pjan ta’ Ħidma tal-Programm tas-Saħħa tal-2020(4) jinkludi tliet sejħiet biex jiġu appoġġati l-prattiki li l-Istati Membri kklassifikaw l-ogħla. Dan jibni fuq ir-riżultati ta’ sensiela ta’ attivitajiet iffinanzjati mill-UE(5)(6)(7), li jittrasferixxu l-għarfien espert u l-prattiki tajba miġbura fuq ħmistax-il sena mill-adozzjoni tal-ewwel dokument tal-Kummissjoni dwar l-opportunitajiet biex tittejjeb is-saħħa mentali(8).

Il-Kummissjoni qed tesplora wkoll l-għażliet biex tindirizza s-saħħa mentali fil-Pjan li jmiss dwar il-Ġlieda Kontra l-Kanċer fl-Ewropa(9).

Il-Kummissjoni tapprezza ħafna d-djalogu mal-partijiet ikkonċernati u stabbiliet spazju ddedikat għas-saħħa mentali fil-Pjattaforma tal-Politika tas-Saħħa tal-UE(10) biex tappoġġa l-isforzi u tiffaċilita l-iskambju tal-prattiki u l-esperjenza dwar l-aspetti tas-saħħa mentali tal-pandemija tal-COVID-19.

Matul il-ħames snin li ġejjin, il-promozzjoni ta’ saħħa mentali se tkun parti importanti mill-ħidma tal-Kummissjoni dwar is-saħħa. Approċċ ta’ saħħa mentali msaħħa fil-politiki kollha jista’ jkollu valur miżjud għall-passi addizzjonali possibbli, b’ħidma ma’ servizzi oħra tal-Kummissjoni biex jiġu massimizzati s-sinerġiji ta’ politika(11).

(1)https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:12012E/TXT&from=MT
(2)https://ec.europa.eu/health/non_communicable_diseases/steeringgroup_promotionprevention_mt
(3)https://ec.europa.eu/health/non_communicable_diseases/events/ev_20190514_mt
(4)https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/funding/docs/wp2020_annex_en.pdf
https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/funding/docs/wp2020_annex_en.pdf
(5)L-Azzjoni Konġunta tal-UE dwar is-Saħħa u l-Benessri Mentali http://www.mentalhealthandwellbeing.eu/the-joint-action/
(6)Il-Qafas Ewropew għal Azzjoni dwar is-Saħħa u l-Benessri Mentali, ara https://ec.europa.eu/research/participants/data/ref/h2020/other/guides_for_applicants/h2020-SC1-BHC-22-2019-framework-for-action_en.pdf
(7)https://ec.europa.eu/health/non_communicable_diseases/mental_health/eu_compass_mt
(8)Il-Green Paper “It-titjib tas-saħħa mentali tal-popolazzjoni”, ara https://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/mental/green_paper/mental_gp_mt.pdf.
(9)https://ec.europa.eu/health/non_communicable_diseases/cancer_mt
(10)https://webgate.ec.europa.eu/hpf/
(11)https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-13171-2019-INIT/mt/pdf
Aġġornata l-aħħar: 3 ta' Lulju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza