Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

Mistoqsijiet parlamentari
PDF 55kWORD 11k
12 ta' Ottubru 2020
E-005571/2020
Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub E-005571/2020
lill-Kummissjoni
Artikolu 138 tar-Regoli ta’ Proċedura
Katrin Langensiepen (Verts/ALE), Giorgos Georgiou (GUE/NGL), Alexis Georgoulis (GUE/NGL), Brando Benifei (S&D), Chiara Gemma (NI), Marianne Vind (S&D), Milan Brglez (S&D), Ivan Štefanec (PPE), Chrysoula Zacharopoulou (Renew), Atidzhe Alieva-Veli (Renew), Loucas Fourlas (PPE), Tilly Metz (Verts/ALE), José Gusmão (GUE/NGL), Marisa Matias (GUE/NGL), Isabel Carvalhais (S&D), Dragoș Pîslaru (Renew), Alex Agius Saliba (S&D), Rosa Estaràs Ferragut (PPE), Pascal Durand (Renew), Kim Van Sparrentak (Verts/ALE), Jarosław Duda (PPE), Samira Rafaela (Renew), Younous Omarjee (GUE/NGL), Eva Kaili (S&D), Stelios Kympouropoulos (PPE), Maite Pagazaurtundúa (Renew), Cindy Franssen (PPE), Benoît Lutgen (PPE), Estrella Durá Ferrandis (S&D), Alicia Homs Ginel (S&D), Abir Al-Sahlani (Renew), Maria Walsh (PPE), Tanja Fajon (S&D), Radka Maxová (Renew)
 Suġġett: Task Force għall-Ugwaljanza

Skont l-ittra ta' missjoni tal-President tal-Kummissjoni von der Leyen lill-Kummissarju għall-Ugwaljanza Helena Dalli "Task Force magħmula minn esperti mis-servizzi tal-Kummissjoni ser tappoġġjak fil-ħidma tiegħek"(1). Din it-Task Force hija magħmula minn rappreżentanti tas-servizzi kollha tal-Kummissjoni u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex tiġi żgurata l-integrazzjoni adegwata tal-ugwaljanza fil-politiki rilevanti kollha proposti mill-Kummissjoni.

Fl-20 ta' Novembru 2019, inġibditilna l-attenzjoni dwar messaġġ fuq il-midja soċjali fejn il-Kummissarju Dalli ħabbret l-ewwel laqgħa tat-Task Force għall-Ugwaljanza(2). Madankollu, ma nafux x'kienu l-eżiti ta' dik l-ewwel laqgħa jew jekk it-task force qatt reġa' ltaqa', peress li ma hemm ebda informazzjoni fuq is-sit web tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, nixtiequ li jkollna tweġiba għall-mistoqsijiet li ġejjin:

1. Il-Kummissjoni għandha pjan li tippubblika paġna web bl-informazzjoni rilevanti kollha dwar it-Task Force għall-Ugwaljanza, inkluż, iżda mhux biss, dwar il-membri tagħha, il-metodi ta' ħidma, il-pjan ta' ħidma u l-minuti tal-laqgħat li saru s'issa? Jekk dan minnu, meta huwa ppjanat li ser isir dan?

2. Il-Kummissjoni għandha l-għan li tistieden lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fuq l-ugwaljanza biex jipparteċipaw u jikkontribwixxu għall-ħidma ta' din it-task force?

(1)https://ec.europa.eu/commission/commissioners/sites/comm-cwt2019/files/commissioner_mission_letters/mission-letter-helena-dalli_2019_en.pdf
(2)https://twitter.com/helenadalli/status/1197216616381124609
Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Ottubru 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza