Mistoqsija Parlamentari - E-005863/2020Mistoqsija Parlamentari
E-005863/2020

Ħolqien ta' bord ta' aċċess tal-UE

Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub  E-005863/2020
lill-Kummissjoni
Artikolu 138 tar-Regoli ta’ Proċedura
Alex Agius Saliba (S&D), Alexis Georgoulis (GUE/NGL), Brando Benifei (S&D), Chiara Gemma (NI), Kateřina Konečná (GUE/NGL), Milan Brglez (S&D), Josianne Cutajar (S&D), Ivan Štefanec (PPE), Chrysoula Zacharopoulou (Renew), Ádám Kósa (PPE), Atidzhe Alieva-Veli (Renew), Loucas Fourlas (PPE), José Gusmão (GUE/NGL), Marisa Matias (GUE/NGL), Isabel Carvalhais (S&D), Dragoș Pîslaru (Renew), Tanja Fajon (S&D), Rosa Estaràs Ferragut (PPE), Pascal Durand (Renew), Kim Van Sparrentak (Verts/ALE), Jarosław Duda (PPE), Cristina Maestre Martín De Almagro (S&D), Samira Rafaela (Renew), Katrin Langensiepen (Verts/ALE), Younous Omarjee (GUE/NGL), Eva Kaili (S&D), Maite Pagazaurtundúa (Renew), Ibán García Del Blanco (S&D), Cindy Franssen (PPE), Benoît Lutgen (PPE), Estrella Durá Ferrandis (S&D), Mónica Silvana González (S&D), Alicia Homs Ginel (S&D), Maria Walsh (PPE), Radka Maxová (Renew)

Issa li ġie adottat l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà, huwa importanti li jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jimplimentaw bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni kollha relatata mal-aċċessibbiltà u jimmonitorjaw kontinwament id-drittijiet tal-konsumatur tal-persuni b'diżabilità u dawk b'limitazzjonijiet funzjonali, bħall-anzjani.

Bord ta' aċċess tal-UE jagħti lill-istituzzjonijiet tal-UE, lil dawk li jfasslu l-politiki u lill-Istati Membri informazzjoni speċjalizzata dwar l-aċċessibbiltà, inklużi rakkomandazzjonijiet ta' politika bbażati fuq evidenza xjentifika u fuq kontribut mill-gruppi l-aktar affettwati, bħall-persuni b'diżabbiltà u l-anzjani. Il-bord jista' wkoll jiġi inkarigat bl-iżvilupp ta' speċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-aċċessibbiltà bħala appoġġ għall-politiki u l-leġiżlazzjoni speċifiċi tal-UE, twettiq ta' konsultazzjonijiet mad-detenturi tad-drittijiet u l-partijiet ikkonċernati, għajnuna lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jimplimentaw l-aċċessibbiltà b'mod armonizzat għall-benefiċċju tas-suq uniku, u sensibilizzazzjoni dwar l-importanza tal-aċċessibbiltà għal soċjetajiet inklużivi.

Il-Kummissjoni tista' tispjega l-pożizzjoni tagħha dwar il-ħolqien ta' bord ta' aċċess tal-UE, imfassal biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-aċċessibbiltà u jiżgura aċċess ugwali għall-oġġetti u servizzi għaċ-ċittadini u l-konsumaturi kollha, element li huwa partikolarment kruċjali għall-persuni b'diżabilità u l-anzjani?

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Novembru 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza