• EN - English
  • MT - Malti
Mistoqsija Parlamentari - E-001756/2021Mistoqsija Parlamentari
E-001756/2021

Aċċess għall-finanzi għall-SMEs fil-kuntest tar-rieżami tad-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju

Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub  E-001756/2021
lill-Kummissjoni
Artikolu 138 tar-Regoli ta’ Proċedura
Josianne Cutajar (S&D)

L-irkupru ta' wara l-COVID-19 jippreżenta opportunità kruċjali biex jerġa' jitqies il-mudell kummerċjali tal-intrapriżi Ewropej biex tissaħħaħ ir-reżiljenza ekonomika tagħhom u jitħejjew għat-tranżizzjonijiet ambjentali u diġitali.

Minbarra dawn l-isfidi l-ġodda, l-intrapriżi Ewropej, b'mod partikolari l-intrapriżi mikro u żgħar, għadhom qed jiffaċċjaw kwistjonijiet kruċjali bħall-aċċess għall-finanzi. Il-likwidità, il-ġestjoni tal-flussi tal-flus u l-investiment fuq perjodu ta' żmien medju u twil għadhom ta' sfida u aspetti fundamentali li jeħtieġ jiġu mmonitorjati kuljum.

Il-Kummissjoni tinsab fil-proċess li tirrevedi d-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju: strument importanti li jqabbel l-intrapriżi mal-istrutturi ta' finanzjament, kemm jekk ikunu banek tradizzjonali, swieq kapitali jew pjazzamenti privati.

Bħal fil-partijiet kollha tal-leġiżlazzjoni tal-UE, il-proporzjonalità għandha l-għan li tikseb bilanċ bejn l-iżvelar u livell ġust ta' piżijiet amministrattivi u spejjeż ta' konformità, speċjalment għall-SMEs.

F'dan l-isfond, tista' l-Kummissjoni:

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' April 2021
Avviż legali - Politika tal-privatezza