Mistoqsija Parlamentari - E-002777/2021Mistoqsija Parlamentari
E-002777/2021

Piraterija u terroriżmu bl-ajru sponsorizzati mill-Istat Belarussu

Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub  E-002777/2021
lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Artikolu 138 tar-Regoli ta’ Proċedura
Dragoş Tudorache (Renew), Alin Mituța (Renew), Vlad-Marius Botoş (Renew), Olivier Chastel (Renew), Dragoș Pîslaru (Renew), Markéta Gregorová (Verts/ALE), Maria Grapini (S&D), Eugen Tomac (PPE), Nathalie Loiseau (Renew), Cyrus Engerer (S&D), Sara Skyttedal (PPE), Klemen Grošelj (Renew), Andrus Ansip (Renew), Ivars Ijabs (Renew), Nils Torvalds (Renew), István Ujhelyi (S&D), Carmen Avram (S&D), Martin Hojsík (Renew), Aušra Maldeikienė (PPE), Ilhan Kyuchyuk (Renew), Laurence Farreng (Renew), Morten Løkkegaard (Renew), Lucia Ďuriš Nicholsonová (Renew), Karen Melchior (Renew), Tineke Strik (Verts/ALE), Radka Maxová (S&D), Nicola Beer (Renew), Vlad Gheorghe (Renew), Róża Thun und Hohenstein (PPE), Angel Dzhambazki (ECR), Andrey Slabakov (ECR), Franc Bogovič (PPE), Attila Ara-Kovács (S&D), Samira Rafaela (Renew), Anna Júlia Donáth (Renew), Nicolae Ştefănuță (Renew), Roberts Zīle (ECR), Jan-Christoph Oetjen (Renew), Gheorghe Falcă (PPE), Pernille Weiss (PPE), Rasa Juknevičienė (PPE), Michal Šimečka (Renew), Mauri Pekkarinen (Renew), Bronis Ropė (Verts/ALE), Mario Furore (NI), Frédérique Ries (Renew), Fabienne Keller (Renew), Hannah Neumann (Verts/ALE), Ivan Štefanec (PPE), Maite Pagazaurtundúa (Renew), Linea Søgaard-Lidell (Renew), Ramona Strugariu (Renew), Adrián Vázquez Lázara (Renew), Niels Fuglsang (S&D), Stelios Kympouropoulos (PPE)

L-Ewropa ma tistax toqgħod b'idejha fuq żaqqha waqt li dittatur jikkommetti atti ta' piraterija u terroriżmu bl-ajru sponsorizzati mill-Istat. Il-bdil tar-rotta ta' ajruplan li jġorr passiġġieri min-naħa tad-dittatur Belarussu Lukashenko jikkostitwixxi attakk fil-konfront taċ-ċittadini Belarussi u Ewropej. Fid-dawl ta' dawn il-ġrajjiet skandalużi, nixtiequ nitolbu lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) jgħidilna b'termini ċari, diretti u inekwivokabbli liema miżuri biħsiebu jieħu biex jiddefendi l-interessi u l-valuri tal-UE.

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Ġunju 2021
Avviż legali - Politika tal-privatezza