Mistoqsija Parlamentari - E-003191/2021Mistoqsija Parlamentari
E-003191/2021

Abbozz ta' liġi 5488 tal-Ukrajna biex isir reat l-inċitament għall-mibegħda, anki fuq bażi tal-orjentament sesswali u tal-identità tal-ġeneru

Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub  E-003191/2021
lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Artikolu 138 tar-Regoli ta’ Proċedura
Fabio Massimo Castaldo (NI), Terry Reintke (Verts/ALE), Liesje Schreinemacher (Renew), Malin Björk (The Left), Maria Walsh (PPE), Marc Angel (S&D), Malik Azmani (Renew), Łukasz Kohut (S&D), Karen Melchior (Renew), Dietmar Köster (S&D), Cyrus Engerer (S&D), Monika Vana (Verts/ALE), Sandro Gozi (Renew), Francisco Guerreiro (Verts/ALE), Robert Biedroń (S&D), Sándor Rónai (S&D), Manuel Bompard (The Left), Pierre Karleskind (Renew), Isabel Carvalhais (S&D), Aurore Lalucq (S&D), Radka Maxová (S&D), Irène Tolleret (Renew), Erik Marquardt (Verts/ALE), Gwendoline Delbos-Corfield (Verts/ALE), Evin Incir (S&D)

Il-Kodiċi Kriminali tal-Ukrajna attwalment jirrikonoxxi biss ir-reati ta' mibegħda mmotivati mill-intolleranza razzjali, nazzjonali jew reliġjuża. Madankollu, fit-13 ta' Mejju 2021, il-Kabinett tal-Ministri introduċa l-abbozz ta' liġi 5488, elaborat mill-Ministeru tal-Intern[1]. L-abbozz jipproponi emendi li biex isir reat l-inċitament għall-mibegħda fuq diversi bażijiet, fosthom l-orjentament sesswali u l-identità tal-ġeneru.

Din il-proposta hija konformi mal-Pjan ta' Azzjoni tal-gvern dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza[2] u tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa[3].

Fir-riżoluzzjoni l-aktar reċenti tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-UE mal-Ukrajna, il-Parlament stieden lill-gvern jemenda l-Kodiċi Kriminali f'dan is-sens[4]. Peress li hu probabbli li din il-proposta tiltaqa' ma' oppożizzjoni, hemm bżonn urġenti ta' difiża/sostenn min-naħa tal-UE.

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Ġunju 2021
Avviż legali - Politika tal-privatezza