Suġġett: Il-pushbacks u d-deterjorament tal-migrazzjoni
L-avvenimenti reċenti juru d-deterjorament kontinwu tad-drittijiet tal-migranti fl-UE u fil-fruntieri esterni tagħha. Kif ġie konkluż fir-rapport 2020 tal-Kumitat għall-Prevenzjoni tat-Tortura tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Kroazja qed tkompli tuża l-vjolenza kontra l-applikanti għall-ażil(1). Barra minn hekk, il-Greċja qed tkompli tuża l-pushbacks kontra l-applikanti għall-ażil b'mod indiskriminat u vjolenti. L-aħħar eżempju ta' dan huwa d-deportazzjoni illegali ta' ċittadin tal-UE impjegat mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex), kif irrappurtat min-New York Times fl-1 ta' Diċembru 2021. Ġew irrappurtati wkoll ripetutament abbużi u ksur tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem fil-Libja. Fl-aħħar nett, fit-28 ta' Novembru 2021, ir-rivista New Yorker ħarġet dettalji dwar l-inkarċerazzjoni vjolenti u sigrieta tal-migranti interċettati mill-Gwardja Kostali Libjana, li hija appoġġjata b'finanzjament Ewropew(2). F'dan il-kuntest, il-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar miżuri ta' emerġenza proviżorji hija ċaħda indiskriminata tad-dritt għall-ażil u tinjora l-pushbacks fil-Polonja u l-istati Baltiċi, u tkompli ddgħajjef l-obbligi tal-Istati Membri fil-qasam tal-ażil u tqiegħed f'riskju l-aċċess tal-migranti għall-protezzjoni internazzjonali(3).
1. X'inhi l-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija msemmija hawn fuq?
2. Il-Kummissjoni qed tikkunsidra li tiftaħ proċedimenti ta' ksur kontra l-Istati Membri li jkomplu jużaw il-pushbacks illegali kontra l-migranti?