Mistoqsija Parlamentari - E-005625/2021Mistoqsija Parlamentari
E-005625/2021

L-appoġġ finanzjarju tal-UE lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi Palestinjani ddikjarati minn Iżrael bħala organizzazzjonijiet terroristiċi

Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub  E-005625/2021
lill-Kummissjoni
Artikolu 138 tar-Regoli ta’ Proċedura
Pedro Marques, Tonino Picula, Maria Arena, Evin Incir, Margarida Marques, Giuliano Pisapia, Nacho Sánchez Amor
f'isem il-Grupp S&D

Fit-22 ta' Ottubru 2021, il-Ministeru tad-Difiża Iżraeljan iddikjara sitt organizzazzjonijiet mhux governattivi Palestinjani (NGOs) – Al-Haq, l-Union of Palestinian Women's Committees, l-Istitut Addameer, il-Bisan Center for Research and Development, Defense for Children International-Palestine u l-Union of Agricultural Work Committees – bħala organizzazzjonijiet terroristiċi skont il-Liġi kontra t-terroriżmu tal-2016, abbażi ta' akkużi li għadhom mhux sostanzjati ta' rabtiet mal-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina.

Il-Kummissjoni ssospendiet il-finanzjament tal-UE lil Al-Haq u tat struzzjonijiet lil Oxfam biex tnaqqas il-finanzjament lill-Union of Agricultural Works Committees sakemm is-sitwazzjoni tkun ġiet iċċarata.

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Jannar 2022
Avviż legali - Politika tal-privatezza