Mistoqsija Parlamentari - E-000636/2022Mistoqsija Parlamentari
E-000636/2022

Traineeships mhux imħallsa fl-istituzzjonijiet tal-UE

Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub  E-000636/2022
lill-Kunsill
Artikolu 138 tar-Regoli ta’ Proċedura
Lídia Pereira (PPE), Olivier Chastel (Renew), Irena Joveva (Renew), Kosma Złotowski (ECR), Damian Boeselager (Verts/ALE), Ivan Štefanec (PPE), Salvatore De Meo (PPE), Magdalena Adamowicz (PPE), Sabrina Pignedoli (NI), Elżbieta Kruk (ECR), Henna Virkkunen (PPE), Leila Chaibi (The Left), Christine Anderson (ID), Brando Benifei (S&D), Milan Brglez (S&D), Javier Nart (Renew), Niyazi Kizilyürek (The Left), Marc Angel (S&D), Giorgos Georgiou (The Left), Giuliano Pisapia (S&D), Miriam Lexmann (PPE), Saskia Bricmont (Verts/ALE), Francisco Guerreiro (Verts/ALE), Mounir Satouri (Verts/ALE), Chris MacManus (The Left), Jarosław Duda (PPE), Salima Yenbou (Verts/ALE), Alicia Homs Ginel (S&D), Tonino Picula (S&D), César Luena (S&D), Predrag Fred Matić (S&D), Paulo Rangel (PPE), Adriana Maldonado López (S&D), Dino Giarrusso (NI), Svenja Hahn (Renew), Emil Radev (PPE), Martina Dlabajová (Renew), Demetris Papadakis (S&D), Patrick Breyer (Verts/ALE), Diana Riba i Giner (Verts/ALE), Ignazio Corrao (Verts/ALE), Josianne Cutajar (S&D), Thomas Waitz (Verts/ALE), Clara Aguilera (S&D), Loucas Fourlas (PPE), Kim Van Sparrentak (Verts/ALE), Jens Gieseke (PPE), Chiara Gemma (NI), Daniela Rondinelli (NI), Maria da Graça Carvalho (PPE), Lina Gálvez Muñoz (S&D), Jonás Fernández (S&D), Monica Semedo (Renew), Mario Furore (NI), Marcos Ros Sempere (S&D), Piernicola Pedicini (Verts/ALE), Christophe Hansen (PPE), Markéta Gregorová (Verts/ALE), Marcel Kolaja (Verts/ALE), Liudas Mažylis (PPE), Nuno Melo (PPE), Petros Kokkalis (The Left), Elisabetta Gualmini (S&D), Cláudia Monteiro de Aguiar (PPE), Romana Tomc (PPE), Sara Cerdas (S&D), Claude Gruffat (Verts/ALE), Chrysoula Zacharopoulou (Renew), Costas Mavrides (S&D), Gheorghe Falcă (PPE), Monika Beňová (S&D), Dragoş Pîslaru (Renew), Esther de Lange (PPE), Christian Doleschal (PPE), Veronika Vrecionová (ECR), Andrey Slabakov (ECR), Aušra Maldeikienė (PPE), Kira Marie Peter-Hansen (Verts/ALE), Alex Agius Saliba (S&D), Rosa Estaràs Ferragut (PPE), Irene Tinagli (S&D), Hannah Neumann (Verts/ALE), Iuliu Winkler (PPE), Eva Maydell (PPE), Malte Gallée (Verts/ALE), Erik Marquardt (Verts/ALE), Laurence Farreng (Renew), Maria-Manuel Leitão-Marques (S&D), Manuela Ripa (Verts/ALE), Maria Spyraki (PPE), Pascal Durand (Renew), Margarida Marques (S&D), Mikuláš Peksa (Verts/ALE), Álvaro Amaro (PPE), Alviina Alametsä (Verts/ALE), Karlo Ressler (PPE), Frances Fitzgerald (PPE), Dolors Montserrat (PPE)

Għalkemm l-UE issotni li hija tiżgura opportunitajiet u trattament indaqs fi kwistjonijiet ta' impjieg, xorta tippermetti traineeships mhux imħallsa fl-istituzzjonijiet tagħha. Traineeships mhux imħallsa għadhom jeżistu fil-Kunsill Ewropew u f'xi korpi oħra tal-UE. Anki qed isiru bħala parti minn rekwiżit ta' lawrja, dawn it-traineeships jiffavorixxu żgħażagħ ta' klassi medja u għolja li għandhom il-mezzi biex iħallsu l-ispejjeż tagħhom, u dan huwa diskriminatorju fil-konfront ta' dawk li ma jifilħux iħallsu dawn l-ispejjeż. L-appoġġ ipprovdut, kard ta' ristorant ta' EUR 125 fix-xahar, ma għandux jitqies bħala remunerazzjoni.

Qed issir kampanja kontra t-traineeships mhux imħallsa fl-Istati Membri u l-Parlament Ewropew diġà pprojbixxiehom. Il-Parlament talab ukoll it-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u ppropona l-ħolqien ta' strument legali li jiżgura remunerazzjoni ġusta għat-traineeships, l-internships u l-apprendistati kollha. B'mod aktar ġenerali, meta titqies il-kriżi li ħolqot il-pandemija għall-impjieg taż-żgħażagħ, għandha tittieħed azzjoni biex jiġu pprojbiti t-traineeships mhux imħallsa kollha fl-istituzzjonijiet tal-UE u fl-Istati Membri. Huwa f'idejn l-UE li tmexxi bl-eżempju u tipprojbixxi dan it-tip ta' prattika.

Il-Kunsill Ewropew jista' għalhekk iwieġeb għall-mistoqsijiet li ġejjin:

Aġġornata l-aħħar: 26 ta' Frar 2022
Avviż legali - Politika tal-privatezza