Is-sensji ta' kumpaniji kbar tat-teknoloġija u l-konformità mal-Att dwar is-Servizzi Diġitali
7.12.2022
Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub E-004006/2022
lill-Kummissjoni
Artikolu 138 tar-Regoli ta’ Proċedura
Alexandra Geese (Verts/ALE), Yannick Jadot (Verts/ALE), Rasmus Andresen (Verts/ALE), Francisco Guerreiro (Verts/ALE), Kim Van Sparrentak (Verts/ALE), Monika Vana (Verts/ALE), Olivier Chastel (Renew), Nathalie Loiseau (Renew), Marian-Jean Marinescu (PPE), Magdalena Adamowicz (PPE), Giuliano Pisapia (S&D), Stelios Kouloglou (The Left), Ignazio Corrao (Verts/ALE), Damien Carême (Verts/ALE), Alex Agius Saliba (S&D), Irena Joveva (Renew), Ernest Urtasun (Verts/ALE), Michal Šimečka (Renew)
Minn meta Elon Musk ħa f'idejh Twitter fis-27 ta' Ottubru 2022, il-kumpanija tat sensja lil nofs il-forza tax-xogħol tagħha ta' 7 500 persuna. Fil-bidu ta' Novembru, Facebook/Meta ħabbar li l-kumpanija se tagħti sensja lil 11 000 impjegat. Ġimgħa wara, Amazon bdiet ukoll tnaqqas il-forza tax-xogħol tagħha b'mod massiv u tippjana li timmira sa 10 000 rwol fil-forza tax-xogħol globali tagħha fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. Dan iqajjem mistoqsijiet dwar il-kapaċità tal-kumpaniji tat-teknoloġija li jiżguraw il-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE, b'mod partikolari l-Att dwar is-Servizzi Diġitali.
- 1.Il-Kummissjoni kif tqis il-kwistjoni tal-konformità fid-dawl ta' dawn is-sensji?
- 2.Il-Kummissjoni kellha laqgħat dwar dan is-suġġett ma' kumpaniji tat-teknoloġija?
- 3.Il-Kummissjoni qed issegwi dawn l-iżviluppi mal-kumpaniji tat-teknoloġija permezz ta' mezzi oħra?
Sostenitur[1]
Imressqa: 7.12.2022
- [1] Din il-mistoqsija għandha s-sostenn ta' Membru ieħor apparti l-awturi : Rosa D'Amato (Verts/ALE)