Interpellanzi
PDF 190kWORD 17k
26 ta' April 2018
G-000004/2018

Interpellanza maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu G-000004/2018

lill-Kummissjoni

Artikolu 130b tar-Regoli ta’ Proċedura

Jörg Meuthen

f'isem il-Grupp EFDD


  Suġġett:  Iċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Familja (il-15 ta' Mejju)

 Tweġiba fil-plenarja 

Permezz tar-riżoluzzjoni tagħha A/RES/47/237, l-Assemblea Ġenerali tan-NU pproklamat il-15 ta' Mejju l-Jum Internazzjonali tal-Familja tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Jum Internazzjonali tal-Familja jirrifletti l-importanza li l-komunità internazzjonali tagħti lill-familja. Iċ-ċelebrazzjoni annwali tal-2018 tal-Jum Internazzjonali tal-Familja, dwar it-tema "Il-Familja u s-soċjetajiet inklużivi", se tesplora r-rwol tal-familja fil-promozzjoni tal-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 16 f'termini tal-"promozzjoni ta' soċjetajiet paċifiċi u inklużivi għall-iżvilupp sostenibbli". Il-Jum Internazzjonali tal-Familja għandu simbolu uffiċjali li jista' jintuża fuq bandiera.

1.  Liema pożizzjoni qed tieħu l-Kummissjoni f'organizzazzjonijiet internazzjonali relatati ma' kwistjonijiet tal-familja u liema attivitajiet qed tħejji l-Kummissjoni għaċ-ċelebrazzjoni ta' din is-sena?

2.  Liema huma l-NGOs sħab tal-Kummissjoni fit-tfassil, fit-teħid ta' deċiżjonijiet, fil-promozzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet tal-familja?

3.  Is-simbolu uffiċjali tan-NU għall-Jum Internazzjonali tal-Familja huwa ċirku aħdar solidu bi stampa ħamra. L-istampa tikkonsisti f'elementi ta' tpinġija sempliċi ta' qalb u dar. Dan jindika li l-familji huma fiċ-ċentru tas-soċjetà u jipprovdu ambjent stabbli u ta' appoġġ għal nies ta' kull età. Il-Kummissjoni se ttajjar il-bandiera uffiċjali tal-Jum Internazzjonali tal-Familja tan-NU fil-bini kollu tal-Kummissjoni fil-15 ta' Mejju?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Lulju 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza