Mistoqsijiet parlamentari
PDF 27kWORD 22k
1 ta' Settembru 2009
H-0308/2009

MISTOQSIJA ORALI H-0308/09

għal waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet fis-seduta parzjali fi Ottubru 2009

skond ir-Regola 116 tar-Regoli ta’ Proċedura

minn Athanasios Plevris

lill-Kummissjoni


  Suġġett: Il-fluss tal-immigranti lejn l-Ewropa

 Tweġiba bil-miktub 

Il-Kummissjoni bi ħsiebha tipprovdi appoġġ ekonomiku lil dawk ir-reġjuni tal-Istati Membri li huma milquta mill-influss ta' numru kbir ta' immigranti illegali (eż. Ateni), u xi pjanijiet għandha l-UE fi żmien qasir u żmien twil biex tindirizza l-fluss tal-immigranti lejn l-Ewropa? B’mod aktar speċifiku, hemm xi pjan li jagħmel pressjoni fuq dawk il-pajjiżi li jibagħtu l-immigranti kif ukoll dawk li jippermettulhom jgħaddu minnhom (eż. it-Turkija) sabiex dawn jiħduhom lura, u l-Kummissjoni bi ħsiebha taċċetta d-distribuzzjoni ugwali tal-immigranti klandestini fl-Istati Membri skont il-popolazzjoni tagħhom sabiex il-piż ma jinġarrx biss mill-pajjiżi tal-Mediterran?

 

 

Imressqa: 01.09.2009

el

 

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EL 
Avviż legali - Politika tal-privatezza