Mistoqsija Parlamentari - H-0102/2010Mistoqsija Parlamentari
H-0102/2010

Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali

MISTOQSIJA ORALI H-0102/10
għal waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet fis-seduta parzjali fi Marzu 2010
skond ir-Regola 116 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Liam Aylward
lill-Kunsill

Għall-2010 – is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali – ġew provduti EUR 17-il miljun. Għalkemm din is-Sena Ewropea se tippromwovi aktar kuxjenza dwar dawn il-kwestjonijiet partikolari, hemm ħtieġa għal azzjoni konġunta u effettiva li tagħmel differenza sostanzjali għal miljuni ta’ nies fl-Unjoni Ewropea li qed isofru minħabba l-faqar u l-esklużjoni soċjali. X’azzjoni beħsiebu jieħu l-Kunsill, li tkun twassal għall-adozzjoni ta’ miżuri konkreti matul din is-sena? Il-Kunsill lest jispjega kif din is-Sena Ewropea, u l-baġit marbut magħha, se jintużaw b’mod effettiv biex jinkisbu riżultati fit-tul?

 

 

Imressqa: 23.02.2010

ga