Id-deċiżjoni tal-Parlament tal-Ukraina li jestendi ċ-ċens tal-bażi ta' Sevastopol
29.4.2010
MISTOQSIJA ORALI H-0219/10
għal waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet fis-seduta parzjali fi Mejju 2010
skond ir-Regola 116 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Laima Liucija Andrikienė
lill-Kunsill
Fis-27 ta' April 2010, il-parlament tal-Ukraina – il-Verkhovna Rada – ħa d-deċiżjoni xejn mistennija li jirratifika trattat ġdid li jestendi ċ-ċens tal-forza navali Russa għall-bażi ta' Sevastopol b'25 sena wara l-2017, bil-possibbiltà li ċ-ċens jerġa' jiġi estiż b'ħames snin oħra. Id-deċiżjoni kienet adottata b'maġġoranza ta' 236 minn 450, fost ġlieda bl-idejn imbarazzanti fil-kamra tal-Verkhovna Rada. Id-Duma Russa malajr segwiet min-naħa tagħha, u rratifikat it-trattat b'maġġoranza tal-iskantament ta' 98%.
Fl-opinjoni tal-Kunsill, dan il-ftehim x'impatt se jkollu fuq is-sovranità tal-Ukraina? Kif sejjer jaffettwa l-prospetti għall-integrazzjoni Ewro-Atlantika tal-Ukarina?
Fid-dawl tal-fatt li, wara t-tkabbir tal-2007, l-UE għandu fruntiera direttament fi xtut il-Baħar l-Iswed, x'impatt se jkollha fuq is-sigurtà fit-tul tal-Unjoni Ewropea l-preżenza ta' bażi navali qawwija Russa qrib il-fruntiera tal-UE?
Imressqa: 29.04.2010
lt