Mistoqsijiet parlamentari
PDF 29kWORD 24k
30 ta' April 2010
H-0222/2010

MISTOQSIJA ORALI H-0222/10

għal waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet fis-seduta parzjali fi Mejju 2010

skond ir-Regola 116 tar-Regoli ta’ Proċedura

minn Konrad Szymański

lill-Kummissjoni


  Suġġett: Diskriminazzjoni kontra ċittadini Polakki mid-dipartiment Ġermaniż tal-Għajnuna Soċjali għat-Tfal (Jugendamt)

 Tweġiba bil-miktub 

Il-Kummissjoni diversi drabi stqarret li kienet ħadet nota tal-problemi marbuta mal-attivitajiet tad-dipartiment Ġermaniż tal-Għajnuna Soċjali għat-Tfal (Jugendamt) f'każijiet transkonfinali.

 

Fid-dawl tal-impen tagħha li tiggarantixxi d-drittijiet tat-tfal kontra kull sura ta' diskriminazzjoni u inegwaljanza ta' trattament, il-Kummissjoni x'miżuri adottat f'dan ir-rigward?

 

Il-Kummissjoni kif biħsiebha tirfed l-iskambju ta' esperjenzi bejn il-ġudikatura Ġermaniża u dik Pollakka bil-għan li tittejjeb il-politika tal-qrati, skont id-dikjarazzjoni li għamel inizjalment il-Kummissarju Jacques Barrot fir-risposta tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2008 (E‑5951/08)?

 

Il-Kummissjoni taqbel li l-obbligu li dak i jkun jesprimi ruħu bil-Ġermaniż waqt żjara minn ġenitur Pollakk jista' jagħmel ħsara għall-istat psikoloġiku tat-tifel jew tifla, jikser id-drittijiet tiegħu jew tagħha, u jikkostitwixxi diskriminazzjoni abbażi tal-lingwa?

 

 

Imressqa: 30.04.2010

pl

 

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: PL 
Avviż legali - Politika tal-privatezza