Ir-Raba' Forum Dinji dwar l-ilma - Il-Messiku, 16 - 22 ta' Marzu 2006
17.1.2006
MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0001/06
skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Roberto Musacchio f’isem il-Grupp GUE/NGL, Caroline Lucas u Alain Lipietz f’isem il‑Grupp Verts/ALE, Glyn Ford, Giovanni Berlinguer u Béatrice Patrie
lill-Kummissjoni
Mis-16 sat-22 ta' Marzu 2006 ser isir ir-raba' Forum Dinji dwar l-ilma f'Mexico City, post ikkaratterizzat bħala wieħed ta' diskussjoni u ta' gwida għad-deċiżjonijiet politiċi dinjin dwar l‑immaniġġjar ta' l-ilma u tar-riżorsi ta' l-ilma. Jiġi organizzat mill-"Kunsill Dinji dwar l-ilma" (CME) kull tliet snin, u diġa ltaqgħu fil-Marokk (1997), fl-Olanda (2000) u fil-Ġappun (2003). Peress li m'għandux leġittimità demokratika, il-"Forum Dinji dwar l-ilma" huwa fil-verità ċentru ta' deċiżjoni kruċjali, ispirat b'mod partikolari mill-Bank Dinji, li jrid ikun ċentru dinji għall-koordinazzjoni futura tar-riżorsi dinjin ta' l-ilma Skond il-qafas tal-laqgħa fil-Messiku, hija ppjanata "Konferenza Ministerjali" għall-21 u t-22 ta' Marzu 2006, kif ukoll "diskussjonijiet reġjonali għal kull kontinent". Qed jinħolqu "Networks ta' konsultazzjoni reġjonali" kif ukoll "kumitati ta' ħidma reġjonali" bħala mezz li jwassal għal politika dinjija dwar l-ilma li taħrab mid-dibattitu demokratiku u mill-attenzjoni taċ-ċittandin fl-Ewropa u bnadi oħra. Skond informazzjoni uffiċjali disseminata mis-CME, il‑Kummissjoni Ewropea hija kompletament assoċjata max-xogħol involut fil-Konferenza tal‑Messiku.
- B'liema mandat se tkun qed tattendi l-Kummissjoni ġewwa l-Messiku? Minn min inħareġ dan il‑mandat u minn liema dibattitu politiku tal-Parlament Ewropew inħareġ?
- Liema huma l-orjentamenti politiċi dwarl-ilma li l-Kummissjoni se tiddefendi waqt ir-Raba' Forum fil-Messiku?
- Il-Kummissjoni m'għandhiex il-ħsieb li tiddefendi l-pożizzjoni - solennement adottata mill‑Parlament Ewropew permezz tal-votazzjoni tal-11 ta' Marzu 2004 fuq ir-rapport Miller dwar "Strateġija għas-suq intern": Prijoritajiet 2003 - 2006" - skond liema pożizzjoni "peress li l-ilma huwa ġid komunui ta' l-umanità, allura ma jkunx xieraq li l-immaniġġjar tar-riżorsi ta' l-ilma jkun sottopost għar-regoli tas-suq intern"?
- X'inhi l-istrateġija tal-Kummissjoni biex ikun promoss l-aċċess għall-ilma bħala dritt fundamentali tal-bniedem? Il-Kummissjoni hi favur l-iżvilupp ta' trattat internazzjonali dwar l‑aċċess għall-ilma bħala dritt fundamentali, partikolarment fil-qafas ta' l-Organizzazzjoni tan‑Nazzjonijiet Uniti?
Ippreżentata: 17.01.2006
Imressqa: 19.01.2006
Skadenza: 26.01.2006