Mistoqsija Parlamentari - O-0003/2006Mistoqsija Parlamentari
O-0003/2006

Professjonijiet legali u interess ġenerali fuq it-tħaddim tas-sistemi legali

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0003/06
skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Giuseppe Gargani f’isem il-Kumitat għall-Affarijiet Legali
lill-Kummissjoni

Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0003/2006
Testi mressqa :
O-0003/2006 (B6-0005/2006)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Il-Kummissjoni Ewropea tqis li l-ispeċifiċità tal-professjonijiet liberali fis-settur legali, b'mod partikolari l-avukati, in-nutara u l-konsulenti dwar it-taxxa, meta mqabblin ma' attivitajiet ekonomiċi oħrajn tirriżulta mill-kwalifiki ogħla mitlubin, mill-bżonn li tiġi stabbilita relazzjoni speċifika bbażata fuq il-fiduċja bejn il-professjonisti u l-klijenti tagħhom, mill-irwol tagħhom għal aċess għall-ġustizzja u l-amministrazzjoni tal-ġustizzja, minn informazzjoni asimetrika u l-esternalitajiet li jaffettwaw is-servizzi legali professjonali inġenerali? Liema huma l-passi u l-miżuri li l-Kummissjoni Ewropea qiegħda tippjana biex tagħti kas ta' dawn l-ispeċifiċitajiet tas-settur?

 

Il-Kummissjoni Ewropea tqis li r-regolamenti pubbliċi u l-awtoregolizzazzjoni stabbiliti mill-assoċjazzjonijiet professjonali ta' professjonijiet legali bħal avukati u nutara permezz tar-responsabilità tagħhom stess huma ta' importanza kruċjali biex tiġi garantita l-indipendenza tal-professjonijiet li hija neċessità f'sistema legali bilanċjata, biex tiġi aċċertata l-kwalità tas-servizzi, biex jiġu stabbiliti standards ibbażati fuq il-valur u biex jiġi żgurat li dawk ir-regolamenti jitħarsu b'mod professjonali u li jkunu jinkludu etiċi professjonali? Il-Kummissjoni Ewropea kif biħsiebha tagħti kas ta' dawn il-punti kruċjali?

 

Il-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma timpedix lill-Istati Membri milli jistabbilixxu tariffi obbligatorji minħabba li l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat japplikaw biss għal imġiba anti-kompettittiva magħmula minn intrapriżi fuq l-inizjattiva tagħhom stess?

 

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-Istati Membri huma awtorizzati jistabbilixxu tariffi obbligatorji li jqisu kont ta' l-interess ġenerali, l-interess tal-konsumaturi u li jipproteġu l-istandards morali għoljin, etiċi u kwalitattivi li l-avukati u n-nutara jirrappreżentaw u li l-klijienti jafdaw fihom?

 

 

Imressqa: 20.01.2006

Mibgħuta: 24.01.2006

Skadenza għal risposta: 31.01.2006