Mistoqsija Parlamentari - O-0008/2006Mistoqsija Parlamentari
O-0008/2006

Is-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija fl-Unjoni Ewropea

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0008/06
skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Giles Chichester f’isem il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
lill-Kummissjoni

Proċedura : 2006/2530(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0008/2006
Testi mressqa :
O-0008/2006 (B6-0010/2006)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Il-konsum ta' l-enerġija fl-UE huwa maħsub li jikber b'22% fil-perjodu ta' bejn l-1990 u l-2020. B'mod partikulari, il-konsum taż-żejt fl-Unjoni Ewropea qiegħed jiżdied minkejja tnaqqis ta' 50% fl‑intensità ta' l-enerġija ta' l-istrumenti taż-żejt u l-użu ta' fjuwils li jiġġeddu fl-industrija, it-trasport, it‑tisħin u l-ġenerazzjoni ta' l-elettriku. Id-domanda għall-gass fl-UE kibret notevolment f'termini kemm assoluti u kemm relattivi għal fjuwils oħrajn fejn f'għaxar snin is-sehem tas-suq tiegħu kiber minn 18% għal 24% fl-2003 u huwa mistenni li jkun 27% sa l-2020. Id-dipendenza mill-importazzjoni mill-UE mistennija titla' għal 71% sa 2030 u se jkun hemm żieda fid-domanda minn pajjiżi terzi li se jikkompetu għall-enerġija meħtieġa mill-Istati Membri ta' l-UE.

 

  1. X'se tagħmel il-Kummissjoni biex tirreaġixxi b'mod xieraq għall-iżviluppi reċenti fid-domanda dejjem tiela' għall-enerġija fuq naħa, u għar-riskji ġeo-politiko strateġiċi u għar-riskji fl-istabbilità diplomatika, , fuq l-oħra? Barra minn hekk, kif tista' l-provvista indipendenti futura ta' l-enerġija (bżonnijiet ta' żejt u gass) ta' l-Unjoni Ewropea tiġi assigurata?

 

  1. Inkwantu s-sostenibilità, il-kompetittività u s-sigurtà tal-provvista, x'sorsi ta' enerġija oħrajn jistgħu jintużaw jekk il-provvisti taż-żejt u l-gass jonqsu jew jekk il-provvista tkun vulnerabbli għal riski ġeo-politiċi?

 

  1. X'inhi l-opinjoni tal-Kummissjoni fuq l-impatt tan-negozjati ta' Kyoto ta' wara l-2012 dwar issigurtà tal-provvista ta' l-enerġija u l-kompetittività ta' l-Unjoni Ewropea (l-objettivi ta' Liżbona)?

 

 

Imressqa: 02.02.2006

Mgħoddija: 06.02.2006

Skadenza għal tweġiba: 13.02.2006