Mistoqsija Parlamentari - O-0079/2006Mistoqsija Parlamentari
O-0079/2006

Il-politika ta' l-UE dwar l-Immigrazzjoni

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0079/06
skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Roberta Angelilli u Romano La Russa f’isem il-Grupp UEN
lill-Kummissjoni

Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0079/2006
Testi mressqa :
O-0079/2006 (B6-0322/2006)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Il-fenomenu tal-migrazzjoni illegali żdied matul dawn l-aħħar snin. Fis-sajf il-fruntieri tan-nofsinhar ta' l-UE huma l-ħin kollu affaċċjati  minn imigranti llegali trasportati l-aktar mill-Afrika minn traffikanti bla qalb tan-nies permezz ta' dgħajjes f'kundizzjonijiet mill-agħar.

 

L-Unjoni Ewropea għandha tieħu azzjoni fuq livell Ewropew għax Stati Membri individwali ma jistgħux isolvu din il-problema waħedhom.

 

Hemm bżonn ta' strateġija Ewropea sabiex il-kwistjoni tiġi ttratata permezz ta' l-implimentazzjoni ta' 'partnerships' mal-pajjiżi ta' l-oriġini dwar poltika ta' ritorn, rijinfurzar ta' kontrolli fuq il-fruntieri esterni u politika  koerenti ta' integrazzjoni ta' migranti legali.

 

Liema passi fi ħsiebha tieħu l-Kummissjoni?

 

Il-Kummissjoni qed tippjana xi inizzjattiva għall-innegozzjar ta' ftehimiet dwar politika ta' l-EU għar-ritorn u sabiex il-fruntieri esterni ta' l-UE ikunu sikuri?

 

Il-Kummissjoni qed tkun soda fl-applikazzjoni ta' bilanċ bejn id-drittijiet u d-dmirijiet meta tiżviluppa politiki għall-integrazzjoni ta' migranti legali?

 

 

Imressqa: 28.06.2006

Mibgħuta: 30.06.2006

Skadenza: 07.07.2006