Mistoqsija Parlamentari - O-0096/2006Mistoqsija Parlamentari
O-0096/2006

Ir-riżultati definittivi ta' l-investigazzjoni 'anti-dumping' dwar l-ilbies tas-saqajn miċ-Ċina u l-Vjetnam

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0096/06
skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Enrique Barón Crespo f’isem il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
lill-Kummissjoni

Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0096/2006
Testi mressqa :
O-0096/2006 (B6-0432/2006)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Fit-30 ta' Awissu 2006, il-Kummissjoni Ewropea adottat proposta għal dazji 'anti-dumping' definittivi fuq ċerti żraben tal-ġilda miċ-Ċina u l-Vjetnam. Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet dazji ta' 16.5% għaċ‑Ċina u 10% għall-Vjetnam għal ċerti żraben tal-ġilda.

 

Din il-proposta hija differenti bil-bosta mill-proposta proviżorja li tqassmet f'Lulju 2006. Din l-ewwel proposta, li kient irrifjutata mill-maġġoranza kbira ta' l-Istati Membri, kellha l-għan li tintroduċi għall-ewwel darba f'Regolament 'anti-dumping', sistema differita ta' dazji bbażata fuq kwoti tariffarji.

 

Il-Kummissjoni tista' tipprovdi rapport tal-konklużjonijiet ewlenin ta' din l-investigazzjoni kif ukoll ġustifikazzjoni għall-miżuri proposti?

 

F'liema miżura ġew segwiti l-approċċi ġodda metodoloġiċi u ta' politika fil-każ ta' l-ilbies tas-saqajn meta mqabbla mal-prattika stabbilita? F'liema miżura x'aktarx li jiġu segwiti approċċi ġodda bħal dawn f'każijiet futuri?

 

 

Tressiq: 13.09.2006

Mibgħuta: 15.09.2006

Skadenza: 22.09.2006