Mistoqsija Parlamentari - O-0116/2006Mistoqsija Parlamentari
O-0116/2006

    Segwitu tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fil-5 ta' Ġunju 2003 dwar "Il-Kanċer tas-Sider fl-Unjoni Ewropea"

    MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0116/06
    skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
    minn Anna Záborská u Karin Jöns f’isem il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
    lill-Kummissjoni

    Proċedura : 2006/2611(RSP)
    Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
    Ċiklu relatat mad-dokument :  
    O-0116/2006
    Testi mressqa :
    O-0116/2006 (B6-0436/2006)
    Votazzjonijiet :
    Testi adottati :
    1. Billi l-kanċer tas-sider huwa l-aktar kanċer frekwenti fost in-nisa fl-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2003 “Il-Kanċer tas-Sider fl-Unjoni Ewropea”[1], jistieden lill-Istati Membri sabiex jagħmluhom l-objettivi tagħhom li, minn issa sa l-2008, joħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex titnaqqas b’25% ir-rata medja ta’ mwiet marbuta mal-kanċer tas-sider u biex jinġiebu lura għal 5% d-differenzi, li jeżistu minn Stat Membru għal ieħor, li jikkaratterizzaw ir-rata ta’ nisa li jibqgħu ħajjin sa ħames snin. X’miżuri ħadet il-Kummissjoni sabiex tgħin lill-Istati Membri jwettqu dawn l-objettivi u meta se jkun disponibbli r-rapport dwar il-progress tal-Kummissjoni, li l-Parlament Ewropew xtaq li jitfassal qabel is-samit tar-Rebbiegħa ta’ l-2006?

     

    1. Kif xtaq il-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-2003, ir-raba’ edizzjoni riveduta tal-linji gwida ta’ l-UE dwar l-iskrining tal-kanċer tas-sider minn issa ‘l quddiem jinkludu linji gwida ta’ l-UE dwar il-kliniki tas-sider speċjalizzati. Il-linji gwida jirrakkomandaw żewġ “infermiera speċjalizzati fil-kura tas-sider” kull unità, għalkemm għadu jrid jintlaħaq konsensus dwar il-formazzjoni meħtieġa ta’ dawn l-infermiera; Tinsab disposta l-Kummissjoni li tappoġġja l-attivitajiet li għaddejjin bħalissa bil-ħsieb li jkunu żviluppati standards professjonali għall-infermiera speċjalizzati fil-kura tas-sider u li tippubblika dawn l-istandards u r-rakkomandazzjonijiet f'addendum mar-raba’ edizzjoni tal-linji gwida ta’ l-UE, minflok ma tistenna sakemm titlesta l-ħames edizzjoni?

     

    1. Skond l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (ODS/WHO), l-eżami tas-sider mill-mara nnifisha jikkontribwixxi b’mod sinjifikanti għall-istat ta’ kuxjenza dwar il-problema, iżda ma jikkostitwixxix alternattiva adegwada għall-iskoperta minn kmieni tal-kanċer tas-sider permezz tal-mammografija. Il-Kummissjoni, għalhekk, hija disposta li tenfasizza, fi ħdan il-qafas ta’ kampanji ta’ informazzjoni regolari u speċifiċi mmirati għan-nisa dwar l-istil ta’ ħajja ta' ġid għas-saħħa, li l-eżami tas-sider mill-mara nnifisha ma jistax jieħu post il-mammografija?

     

    1. L-implimentazzjoni ta’ programmi organizzati ta’ skrining mammografiku f’xi wħud mill-ħmistax-il Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea ħolqot il-ħtieġa ta' l-assistenza professjonali u l-loġistika konsiderevoli tal-programm ”L-Ewropa Kontra l-Kanċer”. Minbarra l-possibilità li tirrikorri għall-fondi strutturali, x’inhuma l-proġetti tal-Kummissjoni sabiex tipprovdi l-appoġġ meħtieġ biex timplimenta programmi ta’ skrining ta’ l-ogħla kwalità fl-Istati Membri l-ġodda ta’ l-UE u fil-pajjiżi li qiegħdin fil-proċess ta’ l-adeżjoni?

     

     

    Imressqa: 11.10.2006

    Mibgħuta: 13.10.2006

    Skadenza: 20.10.2006