Attivitajiet ta' logħob ta' l-azzard u mħatri ta' l-isports fis-Suq Intern
16.10.2006
MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0118/06
skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Arlene McCarthy f’isem il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
lill-Kummissjoni
Il-Kumitat IMCO jinnota d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Europea ta' l-4 ta' April 2006 sabiex jinbdew proċeduri tal-ksur ta' regolamenti rigward ir-restrizzjonijiet imposti fuq is-swieq ta' l-imħatri ta' l-isports tagħhom li huma meqjusa inkompatibbli ma' l-Artikolu 49 Trattat dwar il-KE (il-libertà fil-forninment tas-servizzi).
Barra minn hekk, il-Kumitat IMCO jinnota r-rapport speċjali ta' l-Ombudsman ta' l-UE maħruġ fit-30 ta' Mejju 2006, fejn jikkritika l-mod li bih il-Kummissjoni Ewropea trattat il-każ ta' ksur tar-regoli dwar il-logħob ta' l-azzard u jenfasizza li l-Kummissjoni mhux intitolata li tittardja l-esami ta' kwerela dwar ksur ta' regolamenti fuq il-bażi li ma tistax tikseb qbil politiku dwar kif għandha tipproċedi.
Il-Kumitat IMCO jfakkar id-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-każ C-243/01 "Gambelli et" ta' Novembru 2003
- X'hinu l-progress li sar fil-proċeduri ta' ksur ta' regolment mibdija fl-4 ta' April 2006 u x'inhuma l-passi li jmiss pjanati mill-Kummissjoni?
- Il-Kummissjoni għanda intenzjoni li tirrestringi l-proċeduri ta' ksur ta' regolament biss għas settur ta' l-imħatri fl-isports jew qed tipprevedi aktar azzjonijiet f'setturi tal-logħob ta' l-ażżard oħra fejn jiġu identifikati prattiċi diskriminatorji?
- Liema inizzjattivi qed tipprepara l-Kummissjoni għall-iżvilupp ta' qafas legali dwar il-logħob ta' l-ażżard on-line li jippermetti lill-Istati Membri li jipproteġu l-konsumaturi u l-minuri filwaqt li jippermetti attivitajiet leġittimi minn ditti ta' reputazzjoni tajba?
Imressqa: 16.10.2006
Mibgħuta: 18.10.2006
Skadenza: 25.10.2006