Mistoqsijiet parlamentari
PDF 42kWORD 28k
18 ta' Ottubru 2006
O-0121/2006

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0121/06

skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura

minn James Elles, Alexander Stubb, Simon Busuttil, Simon Coveney, Richard Ashworth, Sir Robert Atkins, John Attard-Montalto, Christopher Beazley, John Bowis, Philip Bradbourn, Philip Bushill-Matthews, Milan Cabrnoch, Martin Callanan, David Casa, Giles Chichester, Den Dover, Petr Duchoň, Jonathan Evans, Louis Grech, Daniel Hannan, Malcolm Harbour, Christopher Heaton-Harris, Roger Helmer, Syed Kamall, Piia-Noora Kauppi, Timothy Kirkhope, Edward McMillan-Scott, Joseph Muscat, Neil Parish, Nina Škottová, Struan Stevenson, Robert Sturdy, David Sumberg, Charles Tannock, Geoffrey Van Orden, Ari Vatanen, Oldřich Vlasák u Jaroslav Zvěřina

lill-Kunsill


  Suġġett: Talba għall-kontinwazzjoni ta' l-eżenzjoni milli tintalab biex titħallas is-sisa kollha tad-diżil aħmar għal dawk li jużaw l-inġenji tal-baħar bħala passatemp skond id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE

Attwalment, derogazzjonijiet fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE[1] jippermettu lil 5 pajjiżi, inklużi l-Finlandja, l-Irlanda, Malta u r-Renju Unit biex jitolbu rati mnaqqsa ta' sisa għad-diżil aħmar, li japplikaw biss għal inġenji ta' l-ilma privati bl-għan ta' passatemp. Dawn l-eżenzjonijiet għandhom jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2006. Madankollu, jekk id-derogi attwali kellhom jitneħħew, u b'hekk is-sidien ta' dgħajsa jkollhom jimlew b'diżil intaxxat b'rati nazzjonali, dawk li jużaw l-inġenji tal-baħar ikollhom jaffaċċjaw żidiet konsiderevoli fil-prezz, bir-riżultat li ħafna minnhom ma jkunux jistgħu jibqgħu jipprattikaw l-isport tagħhom. Dan is-settur ikollu jaffaċċja wkoll spejjeż ta' konformità għoljin, pereżempju għal infrastruttura ġdida għal faċilitajiet ta' riforniment, filwaqt li jkun hemm riskju akbar ta' turiżmu bl-iskop ta' riforniment u ta' frodi.

 

Il-Kummissjoni, f'reviżjoni reċenti tad-derogi, xorta waħda qieset dan it-tħassib bħala "mhux ġustifikat"

 

Il-Kunsill huwa konxju ta' l-impatt potenzjalment devastanti tat-tneħħija tad-deroga fuq setturi varji, inklużi l-isports tal-baħar, it-turiżmu u l-industrija tal-baħar?

 

Il-Kunsill wasal għall-istess konklużjoniji li r-riżultati ta' tmiem l-eżenzjoni fil-fatt imorru direttament kontra l-għan ewlieni tad-Direttiva, b'mod speċjali l-armonizzazzjoni tal-livelli tat-taxxa dwar prodotti ta' l-enerġija sabiex jitnaqqsu d-distorsjonijiet tas-Suq Intern?

 

Għalhekk, jekk il-gvernijiet ikkonċernati japplikaw għal tiġdid tad-deroga wara l‑31 ta' Diċembru 2006, il-Kunsill se jappoġġja t-tiġdid?

 

 

Imressqa: 18.10.2006

Mibgħuta: 19.10.2006

Skadenza: 09.11.2006

[1]  ĠU L 283 tat-31.10.2003, p. 51.

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza