Mistoqsija Parlamentari - O-0125/2006Mistoqsija Parlamentari
O-0125/2006

Tisħiħ tal-konverġenza ta' prattiki ta' superviżjoni fil-livell ta' l-UE

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0125/06
skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Pervenche Berès f’isem il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
lill-Kunsill

Waqt il-Kunsill ECOFIN li seħħ f'Ħelsinki f'Settembru, il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (EFC) għamel rapport dwar ir-riżultati tas-simulazzjoni ta' mmaniġġjar ta' kriżi li seħħet f'April, fuq il-bażi ta' Memorandum ta' ftehim adottat f'Mejju 2005. Ir-riżultat ta' dan l-eżerċizzju wera biċ-ċar li hija meħtieġa koordinazzjoni aħjar bejn l-istituzzjonijiet ta' superviżjoni rilevanti involuti sabiex ikun garantit immaniġġjar xieraq u għalhekk stabiltà finanzjarja. Eżerċizzju ieħor ta' l-istess tip huwa diġà ppjanat għall-2009 iżda sadattant, jeħtieġ li l-EFC tagħmel abbozz ta' rapport sal-ħarifa ta' l-2007 dwar il-kwistjoni ta' qsim ta' responsabiltajiet bejn l-awtoritajiet u l-pajjiżi konċernati. Il-Parlament Ewropew jilqa' dawn l-inizjattivi u japprova l-approċċ globali.

 

Fil-kuntest tal-bidliet dinamiċi li qed iseħħu bħalissa fis-suq u b'mod partikulari ż-żieda ta' mezzi ta' investiment alternattivi, il-partijiet interessati qed jitolbu miżuri iktar b'saħħithom b'insistenza. Il-Parlament Ewropew huwa mħasseb ħafna wkoll dwar din il-kwistjoni urġenti u ilu jitlob it-tisħiħ tal-konverġenza ta' prattiki ta' superviżjoni nazzjonali, pereżempju fir-rapport Muscat adottat f'Lulju 2006 li ppropona li jitwaqqaf kumitat ta' nies għorrief, biex jibdew riflessjoni dwar l-implikazzjonijiet tal-konsolidazzjoni ta' swieq u istituzzjonijiet finanzjarji, is-superviżjoni prudenti, l-istabiltà finanzjarja u l-immaniġġjar ta' kriżijiet.

 

Il-Presidenza x'taħseb li huma l-passi xierqa li għandhom jittieħdu u kif ikunu involuti l-PE u l-Kummissjoni?

 

 

 

Tressiq: 15.11.2006

Mibgħuta: 16.11.2006

Skadenza: 07.12.2006