minn Martin Schulz, Kader Arif, Harlem Désir, Glyn Ford, Stephen Hughes, Willi Piecyk, Inés Ayala Sender u Matthias Groote f’isem il-Grupp PSE
lill-Kummissjoni
Suġġett:It-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam tat-ta' l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema
Id-Direttiva tal-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet (EWC), adottata fl-1994, tat lil miljuni ta’ ħaddiema Ewropej id-dritt għall-informazzjoni u għall-konsultazzjoni dwar deċiżjonijiet tal-kumpaniji fil-livell ta’ l-UE permezz tar-rappreżentanti tagħhom ta’ l-EWC. Id-Direttiva inizjali kienet adottata wara li l-imsieħba soċjali naqsu li jilħqu ftehima. 13-il sena wara, għad baqa’ triq twila sa ma l-leġiżlazzjoni tilħaq l-objettivi sħaħ tagħha.
F’dawn l-aħħar snin, kien hemm ħafna każijiet ta’ kumpaniji li kienu qed jesegwixxu ristrutturar maġġuri mingħajr konsultazzjoni, bi sfida għall-ispirtu ta’ din id-Direttiva importanti. Fil-preżent, ftit li xejn hemm pieni għal kumpaniji li jisfidaw id-Direttiva.
Fid-dawl ta’ l-evidenza ta’ dawn in-nuqqasijiet, il-Kummissjoni kif se ssaħħaħ l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema fuq il-livell Ewropew?
Il-Kummissjoni meta qed tippjana li tipproponi definizzjoni aktar ċara ta’ l-informazzjoni u l-konsultazzjoni, li ttejjeb it-taħriġ u l-aċċess għall-pariri esperti għar-rappreżentanti tal-ħaddiema, li ddaħħal sanzjonijiet għall-kumpaniji li jiksru l-liġi jew li tippermetti l-aċċess tal-membri ta’ l-EWC għas-siti tal-kumpaniji;
X'qed tippjana li tagħmel il-Kummissjoni biex tiżgura li l-kumpaniji fl-UE jirrispettaw ir-responsabilitajiet soċjali u finanzjarji tagħhom, li jġibu ruħhom b'mod li juri responsabilità korporattiva u li huma ġusti ma' dawk kollha li għandhom interess (ħaddiema, awtoritajiet lokali u reġjonali, eċċ.) u mal-komunitajiet fejn huma bbażati u li mhumiex qed ifittxu biss li jiksbu l-ogħla qliegħ possibbli?