Mistoqsija Parlamentari - O-0024/2007Mistoqsija Parlamentari
O-0024/2007

rażmissjoni u verifika fil-waqt ta' dejta ta' statistika pprovduta mill-Istati Membri

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0024/07
skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Zsolt László Becsey u Alexander Radwan f’isem il-Grupp PPE-DE
lill-Kummissjoni

Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0024/2007
Testi mressqa :
O-0024/2007 (B6-0123/2007)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Il-kwalità ta' dejta trażmessa mill-Istati Membri lill-Eurostat hija vitali għall-iffunzjonar korrett ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod speċjali għall-Unjoni Monetarja u għas-sistema tagħha ta' sorveljanza baġitarja kif ukoll għall-kriterji ta' konverġenza fl-analiżi ta' tkabbir possibbli taz-zona ta' l-ewro.

 

Bosta każi ta' profil għoli ta' trażmissjonijiet foloz jew żbaljati ta' dejta seħħew dan l-aħħar. Dawn seħħew b'żieda ma' numru kbir ta' korrezzjonijiet iżgħar lil dejta trażmessa li qed jitwettqu b'mod regolari minn bosta Stati Membri.

 

X'inhi l-analiżi tal-Kummissjoni dwar dawn il-każi? Il-Kummissjoni għandha fiduċja biżżejjed fil-kwalità ġenerali tad-dejta li hija tirċievi? Il-Kummissjoni kif tikkontrolla l-plawsibilità tad-dejta li tirċievi? Il-Kummissjoni qed tikkontrolla d-dejta tagħha fil-konfront ta' sorsi oħrajn ta' informazzjoni bħall-IMF u l-OECD, kif ukoll ma' istituzzjonijiet ta' previżjoni ekonomika u ta' aġenziji ta' klassifika? Il-Kummissjoni hija konxja tal-possibilità ta' problema ta' kredibilità għaliha, għal politiki tagħha, u għall-Unjoni Ewropea b'mod ġenerali?

 

Il-Kummissjoni tqis li għamlet dak kollu li kien possibbli, jew se jingħataw aktar poteri u/jew riżorsi lill-Kummissjoni biex twettaq dmirijietha kif inhu xieraq?

 

 

Imressqa: 17.04.2007

Mibgħuta: 19.04.2007

Skadenza: 26.04.2007