Mistoqsija Parlamentari - O-0033/2007Mistoqsija Parlamentari
O-0033/2007

Azzjoni biex jingħeleb il-mard kardjovaskulari

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0033/07
skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Miroslav Ouzký f’isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
lill-Kummissjoni

Proċedura : 2007/2601(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0033/2007
Testi mressqa :
O-0033/2007 (B6-0134/2007)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Minħabba li l-mard kardjovaskulari huwa l-qattiel numru wieħed fl-Ewropa u huwa responsabbli għal 1.9 miljun mewta fl-UE kull sena. F’Ġunju 2004, il-Kunsill għaraf il-bżonn “li jkunu indirizzati b’mod effettiv u jitnaqqsu l-inċidenza u t-tbatija mill-mard kardjovaskulari”. Il-Kummissjoni meta qed tippjana biex tipproduċi Komunikazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-għarfien minn kmieni tal-mard kardjovaskulari biex tirrifletti dan l-impenn?

 

Meta wieħed iqis l-inugwaljanzi attwali fis-saħħa madwar l-UE, il-Kummissjoni kif bi ħsiebha tippromwovi skambju regolari ta’ esperjenzi, informazzjoni u dejta dwar is-saħħa kardjovaskulari bejn il-partijiet interessati involuti fil-prevenzjoni tal-mard kardjovaskulari?

 

X’inhuma l-passi li jmiss tal-Kummissjoni biex jitnaqqas il-piż tal-mard kardjovaskulari minn fuq il-produttività ekonomika Ewropea madwar l-Istati Membri?

 

Il-Kummissjoni kif se tqis l-opportunitajiet differenti ta’ ffinanzjar bħas-7 Programm ta’ Qafas tar-Riċerka, il-fondi strutturali u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp biex tinkoraġġixxi l-promozzjoni tas-saħħa kardjovaskulari, għarfien minn kmieni u interventi ta’ prevenzjoni kif ukoll aktar riċerka dwar il-mard kardjovaskulari?

 

 

Imressqa: 23.05.2007

Mibgħuta: 25.05.2007

Skadenza: 01.06.2007