Mistoqsija Parlamentari - O-0077/2007Mistoqsija Parlamentari
O-0077/2007

It-tmiem tal-"Memorandum ta' Ftehima" bejn l-UE u ċ-Ċina  f'dak li jirrigwarda l-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti u tal-ħwejjeġ

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0077/07
skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Pedro Guerreiro, Jacky Henin, Roberto Musacchio, Marco Rizzo, Ilda Figueiredo u Helmuth Markov f’isem il-Grupp GUE/NGL
lill-Kummissjoni

Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0077/2007
Testi mressqa :
O-0077/2007 (B6-0388/2007)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Fid-dawl tat-tmiem fil-31 ta' Dicembru ta' din is-sena tal-"Memorandum ta' Ftehima" dwar l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti u tal-ħwejjeġ miċ-Ċina għal ċerti pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni hija mitluba biex twieġeb dawn il-mistoqsijiet:

 

-  X'evalwazzjoni qiegħda tagħmel tal-konsegwenzi tal-liberalizzazzjoni tat-tessuti u tal-ħwejjeġ meta tikkunsidra l-għeluq u r-rilokazzjoni ta' impriżi u meta jitqies it-telf ta' impjiegi f'dan is-settur strateġiku ta' l-UE?  X'inhuma l-previżżjonijiet tal-Kummissjoni rigward il-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta' liberalizzazzjoni akbar tal-kummerċ f'dan is-settur, b'mod partikulari f'dak li jolqot it-telf ta' impjiegi fl-UE?

 

-  Għaliex ma għażlitx li ġġedded ir-restrizzjonijiet, b'mod partikulari,  bħal ma sar bid-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti?  Kif taħseb li fl-2008 se tevita s-sitwazzjoni li seħħet fl-2005 li kienet karatterizzata bi tkabbir esponenzjali ta' importazzjonijiet ta' tessuti permezz tal-mekkaniżmu ta' "kontroll doppju" ta' importazzjoni minn dan il-pajjiż?  Fi kliem ieħor, x'livell  ta' importazzjoni jrid jintlaħaq qabel ma tiddeciedi li taġixxi?

 

-  Kif  jitqassam il-valur miżjud bejn l-elementi differenti tal-katina tal-valur tas-settur, b'mod partikulari tal-prodotti importati?

 

-  Kemm applikazzjonijiet sabiex jiġi attivat il-"Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni" ġew ippreżentati u approvati fl-ambitu ta' din ir-ristrutturizzazzjoni ta' l-industrija tat-tessuti u tal-ħwejjeġ fl-UE?

 

-  X'inhuma r-riżorsi finanzjarji Komunitarji allokati għall-2007-2013 għall-modernizzazzjoni tas-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ fl-UE?  Għaliex ma tipproponix programm speċifiku ta' għajnuna Komunitarju għal dan is-settur?

 

-  Kif biħsiebha tiġġieled kontra l-falsifikazzjoni ta' prodotti?  X'inhi l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar "it-talba ta' ċertifikazzjoni, trasparenza, traċċatibilità, kompożizzjoni u oriġini tal-prodotti tas-setturi tat-tessuti, tal-manifattura tal-ħwejjeġ, tal-ġilda u ta' prodotti relatati" magħmula mis-settur?

 

-  X'inhuma l-objettivi li qed tipproponi takkwista fi ħdan in-negozjati tad-WTO fl-oqsma tat-tessuti u tal-ħwejjeġ?  X'inhuwa l-istat attwali tan-negozjati f'dan ir-rigward?

 

-  Ma taħsibx li l-proposta li teżenta mill-ħlas ta' taxxi ta' anti-dumping lill-impriżi Ewropej li jirrelokaw il-produzzjoni tagħhom, biex imbagħad jesportawha lura lejn l-UE, se jkompli jaggrava s-sitwazzjoni ta' dan is-settur fl-UE?  Ma taħsibx il-Kummissjoni li, bil-kontra, hemm raġunijiet tajba sabiex titwaqqaf kull għajnuna għall-impriżi Ewropej li jirrelokaw l-attivitajiet industrijali tagħhom?

 

-  X'segwitu se jkun hemm mill-Kummissjoni għal-linji gwida tal-Grupp ta' Livell Għoli għal dan is-settur?

 

 

Imressqa: 28.11.2007

Mibgħuta: 30.11.2007

Skadenza: 07.12.2007