Mistoqsija Parlamentari - O-0003/2008Mistoqsija Parlamentari
O-0003/2008

Lejn Pjan ta' Azzjoni tal-Komunità Ewropea dwar ir-Roma

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0003/08
skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Lívia Járóka f’isem il-Grupp PPE-DE
lill-Kummissjoni

Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0003/2008
Testi mressqa :
O-0003/2008 (B6-0004/2008)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Il-Kummissjoni qiegħda tippjana li tistudja z-zoni ta’ kriżi fl-Unjoni Ewropea, li ħafna minnhom jgħixu fihom ir-Roma, u qiegħda tippjana li tfassal pjan ta' azzjoni dettaljat, Pjan ta' Azzjoni Komunitarju dwar ir-Roma sabiex jittieħdu miżuri effettivi u immedjati sabiex jinqerdu il-faqar u l-esklużjoni soċjali? 

 

Meta wieħed iqis li l-Istati Membri fl-aħħar għoxrin sena ksibu ftit ħafna, minkejja l-fatt li s-suq Ewropew tax-xogħol kif ukoll is-soċjetà Ewropea kollha kemm hi jibbenefikaw sew li kieku r-Roma jiġu inklużi, il-Kummissjoni qiegħda tippjana li tieħu l-irwol li tibda, tiffinanzja, timmoniterja u timplimenta fuq il-bażi ta’ din il-mappa taz-zoni ta’ kriżi?

 

Billi approċċ integrat huwa l-uniku mod aċċettabbli ta’ kif tiġi ttrattata l-inklużjoni ta’ gruppi differenti minflok entitajiet segregati u maqtugħin għalihom, il-Kummissarji li huma direttament jew indirettament repsonsabbli sabiex il-komunitajiet tar-Roma ma jibqgħux segregati u jiġu integrati qegħdin jippjanaw li jikkordinaw l-attivitajiet tagħhom u li jikkoperaw bejniethom biex jiffurmaw Pjan ta’ Azzjoni Komunitarju fl-2008?

 

 

Imressqa: 19.01.2008

Mibgħuta: 11.01.2008

Skadenza: 18.01.2008