Strateġija Ewropea għar-Roma
9.1.2008
MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0004/08
skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Roberta Angelilli f’isem il-Grupp UEN
lill-Kummissjoni
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE[1] li timplimenta l-prinċipju tat-trattament indaqs fost il-persuni irrispettivament mill-oriġini razjali jew etnika, tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-protezzjoni tal-persuni kollha kontra d-diskriminazzjoni fl-Istati Membri kollha. L-Istati Membru għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u jgħadduhom lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni lesta li tivverifika jekk ittieħdux il-miżuri nazzjonali għall-implimentazzjoni tad-Direttiva sa fejn għandhom x’jaqsmu l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-impjiegi, għat-taħriġ vokazzjonali, għall-protezzjoni soċjali u fuq kollox għall-edukazzjoni?
Il-Kummissjoni lesta li tintervjeni f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva?
Il-Kummissjoni tinsab konxja mill-fatt li t-tfal Roma f'ħafna każijiet m'humiex qed jingħataw il-vaċċini u l-kura medika li jeħtieġu u li fost dawn it-tfal hemm rata għolja li ma jmorrux skola (ta’ lanqas 50% jonqsu milli jmorru l-iskola)? Aktar minn hekk, il-Kummissjoni tinsab konxja li ħafna tfal Roma qed jiġu sfruttati biex joqgħodu jittallbu u kull sena numru kbir ta’ tfal bħal dawn imutu f’inċidenti domestiċi, b’mod partikulari bin-nirien ikkawżati min-nuqqas ta' standards ta' sikurezza xierqa fil-kampijiet?
Il-Kummissjoni hi ta’ l-opinjoni li l-edukazzjoni hi għodda fundamentali għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, l-isfruttar u l-kriminalità?
Il-Kummissjoni lesta li tniedi pjan ta’ azzjoni komprensiv għar-Roma fl-2008, inkluzi azzjonijiet speċifiċi rigward it-tfal Roma mmirati għall-qerda tal-faqar, u għall-inklużjoni soċjali u l-edukazzjoni?
Imressqa: 09.01.2008
Mibgħuta: 11.01.2008
Skadenza: 18.01.2008
- [1] ĠU L 180 du 19.7.2000, p. 22.