L-Abboz ta' Regolament REACH li jistipula Metodi ta' Testijiet
8.5.2008
MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0055/08
skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Guido Sacconi f’isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
lill-Kummissjoni
Il-Kummissjoni Ewropea ressqet quddiem il-Parlament Ewropew l-Abboz ta' Regolament li jistipula Metodi tat-Testijiet għar-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni tal-Kimiċi (REACH) fis-27 ta' Frar 2008 (D001792/07/00). Madankollu, numru ta' metodi ta' testijiet alternattivi għat-testijiet fuq l-annimali validati miċ-Ċentru Ewropew għall-Validazzjoni ta' Metodi Alternattivi (ECVAM) fl-2006/2007 ma kinux inklużi fl-abbozz ta' regolament minħabba li s'issa għadhom m'humiex approvati għal skopijiet regolatorji.
X'inhi tagħmel il-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura l-adozzjoni rapida u d-disponibilità ta' metodi alternattivi għat-testijiet fuq l-annimali għal skopijiet regolatorji? Il-Kummissjoni ħadet, jew se tieħu, azzjoni sabiex tiżgura proċedura effiċjenti u trasparenti kif ukoll koperazzjoni effettiva bejn l-istituzzjonijiet involuti fil-proċedura ta' validazzjoni u aċċettazzjoni regolatorja?
Tressiq: 08.05.2008
Mibgħuta: 12.05.2008
Skadenza: 19.05.2008