Mistoqsija Parlamentari - O-0060/2008Mistoqsija Parlamentari
O-0060/2008

ENISA

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0060/08
skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Giles Chichester u Angelika Niebler f’isem il-Grupp PPE-DE
lill-Kummissjoni

Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0060/2008
Testi mressqa :
O-0060/2008 (B6-0159/2008)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

F’Novembru 2007, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta sabiex titwaqqaf Awtorità Ewropea għat-telekomunikazzjonijiet ġdida, magħrufa bħala l-Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (European Electronic Communications Market Authority - EECMA)[1], li fost affarijiet oħra għandha tieħu f’idejha r-responsabilitajiet kurrenti ta’ l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (European Network and Information Security Agency - ENISA) mill-2011 ’il quddiem.

 

B’mod simili, f’Diċembru 2007, il-Kummissjoni Ewropea ressqet Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 460/2004[2] li jistabilixxi l-ENISA[3] fir-rigward it-tul ta’ żmien tagħha bil-mira li l-mandat tagħha jkun estiż għal sentejn, sa Marzu 2011 biex tkun assigurata l-kontinwità sad-dħul fis-seħħ ta' l-EECMA.

 

Id-domandi li ġejjin għandhom ikunu kkjarifikati mill-Kummissjoni Ewropea:

 

  1. Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex jiġi estiż il-mandat ta’ l-ENISA sa l-2011 jibqa’ ġustifikat fil-każ li l-proposta ta’ l-EECMA tiġi miċħuda?

 

  1. L-ENISA hija kapaċi tkompli tassumi r-responsabilitajiet kurrenti tagħha fil-forma kurrenti, mingħajr l-appoġġ ta’ l-EECMA u l-kritika li saret fir-rapport ta’ evalwazzjoni f’Jannar 2007 dwar l-istruttura, is-sit u r-riżorsi ta’ l-ENISA?

 

  1. Il-Kummissjoni Ewropea kkunsidrat bis-serjetà il-possibilità li tissostitwixxi l-ENISA immedjatament b’mekkaniżmi aktar xierqa, pereżempju b’forum permanenti tal-partijiet interessati jew b’netwerk ta’ organizzazzjonijiet ta' sigurtà soċjali? Il-Kummissjoni Ewropea hija ċerta li s-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni għandha bilfors tkun indirizzata permezz ta’ Agenzija Ewropea, meta l-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-ENISA ma jistax jiġġustifika dan?

 

  1. Il-Kummissjoni Ewropea għandha l-intenzjoni li toħroġ bi proposta ġdida sabiex testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi ta’ l-ENISA skond ir-regoli ġodda tat-Trattat ta’ Liżbona dwar politiki bħal ma huma s-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni, is-sigurtà pubblika, id-difiża u l-liġi kriminali? Jew il-Kummissjoni Ewropea taqsam kompletament il-konklużjonijiet tal-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-ENISA li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-Aġenzija ma għandiex tinbidel materjalment?

 

 

Tressiq: 22.05.2008

Mibgħuta: 26.05.2008

Skadenza: 02.06.2008