Il-Parlament Ewropew adotta l-opinjoni ta' l-ewwel qari tiegħu (P6_TA(2007)0509) dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twaqqaf qafas għall-ħarsien tal-ħamrija u li temenda d-Direttiva 2004/35/EC[1] ta' l-14 ta' November 2007 (Rapporteur: Is-Sinjura Cristina Gutiérrez-Cortines). Għadu m'huwiex ċar meta l-Kunsill se jkun jista' jadotta pożizzjoni komuni u jikkomunikaha lill-Parlament Ewropew.
Xi progress sar fi ħdan il-Kunsill mill-adozzjoni ta' l-opinjoni ta' l-ewwel qari tal-Parlament Ewropew u, skond l-ippjanar attwali, il-Kunsill meta se jkun jista' jikkomunika l-pożizzjoni komuni lill-Parlament Ewropew?