Mistoqsija Parlamentari - O-0078/2008Mistoqsija Parlamentari
O-0078/2008

Il-ħolqien ta' "database" tal-marki tas-swaba ta' persuni Roma fl-Italja

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0078/08
skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Jan Marinus Wiersma, Claudio Fava, Kristian Vigenin, Gianni Pittella, Adrian Severin u Katalin Lévai f’isem il-Grupp PSE
lill-Kummissjoni

Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0078/2008
Testi mressqa :
O-0078/2008 (B6-0452/2008)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

 Billi l-gvern Taljan adotta miżuri eżekuttivi derivati li jimplikaw il-ġbir tal-marki tas-swaba tat-tfal Roma u reġistru ta’ familji Roma fl-ibliet il-kbar, u li eventwalment il-pulizija diġà qed tagħmel sensiela ta’ kontrolli f’kampijiet tar-Roma, b’mod partikulari f’Milan, li jinkludi proċeduri ta’ teħid tal-marki tas-swaba;

 

 Billi l-Ministru ta’ l-Intern Taljan ħabbar li hemm il-ħsieb li t-teħid tal-marki tas-swaba ta’ minorenni Roma jiġi estiż għall-muniċipalitajiet kollha wara l-adozzjoni tal-pakkett leġiżlattiv “sigurtà”, sabiex tinħoloq database nazzjonali tar-Roma għal skopijiet ta’ identifikazzjoni; billi d-database se tinżamm mill-awtoritajiet Taljani ta’ l-infurzar tal-liġijiet impoġġija fil-kontroll tal-Prefetti, li diġà nħatru b’digriet bħala “kummissarji straordinarji għall-emerġenza Roma” u mogħtija setgħat straordinarji;

 

 Billi l-Prefett ta’ Ruma iddikjara li mhux se jieħu l-marki tas-swaba ta’ tfal Roma, u diversi Prefetti wrew tħassib f’dan ir-rispett;

 

 Billi l-Kunsill ta’ l-Ewropa, il-UNICEF, is-superviżur Taljan tal-protezzjoni tad-dejta, il-Komunità Lhudija Taljana u l-President tal-Kunsill Pastorali tas-Santa Sede għall-Migranti, flimkien ma’ l-għaqdiet tal-ħaddiema u l-partiti ta’ l-oppożizzjoni esprimew tħassib serju dwar dak li donnu li hu reġistru tal-popolazzjoni għall-infurzar tal-liġi imsejjes fuq l-etniċità;

 

 Billi l-Artikolu 13 tat-Trattat KE jippermetti lill-KE li tieħu azzjoni għall-prevenzjoni u sabiex tkun evitata d-diskriminazzjoni fuq bażi, fost l-oħrajn, ta’ l-oriġini etnika u r-razza;

 

Jitlob lill-Kummissjoni:

 

  1. Sabiex tevalwa jekk il-miżuri definiti mill-gvern Taljan sabiex jittieħdu l-marki tas-swaba tar-Roma u sabiex tinħoloq database bijometrika tar-Roma jikkostitwixxux każ ta’ diskriminazzjoni fuq bażi ta’ razza, oriġini etnika u nazzjonalità, li l-Komunità tkun tista’ tieħu azzjoni għall-prevenzjoni tagħha skond l-Artikolu 13 tat-Trattat KE.

 

  1. Sabiex tevalwa jekk il-ġbir ta’ marki tas-swaba tar-Roma u l-ħolqien ta' database tar-Roma jistgħux jitqiesu li huma kompatibbli mad-drittijiet fundamentali mħaddna fil-Karta ta’ l-UE u fl-ECHR li, skond l-Artikolu 6 tat-Trattat UE, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma obbligati jippromwovu u jirrispettaw; u sabiex tevalwa wkoll kwalunkwe kwistjonijiet oħra tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem li jirriżultaw mil-liġi internazzjonali, fejn ikun relevanti.

 

  1. Sabiex tevalwa l-ħtieġa li tqajjem it-tħassib tagħha ma’ l-awtoritajiet Taljani u sabiex tieħu azzjoni, skond il-kompetenzi tagħha, sabiex tevita kwalunkwe tip ta’ diskriminazzjoni immirata lejn ir-Roma fl-Italja kif ukoll ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-promozzjoni ta’ miżuri ta’ integrazzjoni.

 

 

Tressiq: 01.07.2008

Mibgħuta: 03.07.2008

Skadenza: 10.07.2008