Mistoqsija Parlamentari - O-0085/2008Mistoqsija Parlamentari
O-0085/2008

Reviżjoni tar-Rakkomandazzjoni 2001/331/KE li tipprovdi għall-kriterji minimi għal spezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0085/08
skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Miroslav Ouzký f’isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
lill-Kummissjoni

Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0085/2008
Testi mressqa :
O-0085/2008 (B6-0479/2008)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Fl-14 ta' Novembru l-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni (COM(2007)0707) dwar ir-reviżjoni tar-Rakkomandazzjoni 2001/331/KE li tipprovdi kriterji minimi għal spezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni ppreċiżat inter alia li:

 L-informazzjoni ppreżentata mill-istati membri dwar kif kienu qed jimplimentaw ir-Rakkomandazzjoni "ma kinetx kompluta jew kienet diffiċli biex titqabbel"

 Għad hemm differenzi kbar fil-mod kif qed jitwettqu l-ispezzjonijiet ambjentali mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali fl-UE

 Il-kamp ta' applikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni huwa inadegwat u ma jinkludix ħafna attivitajiet importanti, bħan-Natura 2000, u l-kontroll tat-trasport tal-iskart illegali

 Il-pjanijiet ta' spezzjoni ħafna drabi ma ġewx implimentati u, fejn fil-fatt jeżistu, ħafna drabi mhumiex disponibbli għall-pubbliku.

 

Huwa essenzjali li jkun hemm infurzar tajjeb u b'ċerta regolarità tal-liġi ambjentali tal-UE. Kwalunkwe ħaġa inqas minn hekk tkun qed tqarraq bl-aspettattivi pubbliċi u d-dgħajjef ir-reputazzjoni tal-UE bħala gwardjana effettiva tal-ambjent.

 

Tista' għalhekk il-Kummissjoni tispjega:

 

  1. Għaliex tixtieq biss li temenda r-Rakkomandazzjoni u għaliex ma tipproponix li tuża' r-referenza fir-Rakkomandazzjoni għall-possibilità li hi tippreżenta proposta għal direttiva dwar l-ispezzjonijiet ambjentali?

 

  1. Għaliex għażlet minflok approċċ frammentarju, u qed tipproponi li r-rekwiżiti ta' spezzjoni ambjentali jkunu mehmuża mad-direttivi eżistenti individwalment - proċess li huwa destinat li jieħu ż-żmien?

 

  1. Għaliex mhix lesta tuża direttiva biex tiddefinixxi termini bħal "spezzjoni" u "verifika" li hija stess tammetti li huma "interpretati b'modi differenti mill-pajjiżi membri" meta jkunu stipulati f'Rakkomandazzjoni?

 

  1. Għaliex mhix ippreparata li tbiddel l-IMPEL f'forza ta' spezzjoni ambjentali effettiva tal-UE bid-dritt li titlob il-koperazzjoni tal-awtoritajiet tal-istati membri, għax fl-aħħar mill-aħħar huwa biss bil-ħolqien ta' forza bħal din li l-kummissjoni tista' teħles lilha nnifisha mid-dipendenza fuq dawk li qed tipprova tikkontrolla?

 

 

Tressiq: 11.09.2008

Mibgħuta: 15.09.2008

Skadenza: 22.09.2008