Mistoqsija Parlamentari - O-0091/2008Mistoqsija Parlamentari
O-0091/2008

Il-kontroll tal-prezzijiet tal-enerġija

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0091/08
skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Rebecca Harms u Claude Turmes f’isem il-Grupp Verts/ALE
lill-Kummissjoni

Proċedura : 2008/2628(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0091/2008
Testi mressqa :
O-0091/2008 (B6-0466/2008)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Sakemm ma jkunx hemm ċaqliq fil-mudell tal-produzzjoni u tal-konsum tal-enerġija, id-domanda se tkompli tiżdied. Kemm il-prezzijiet tal-enerġija kif ukoll taż-żejt se jkomplu jiżdiedu.

 

1. L-aspetti tal-iffrankar u l-effiċjenza tal-enerġija: X'biħsiebha tagħmel il-Kummissjoni biex tnaqqas id-domanda għall-enerġija fl-UE, b'mod partikolari billi tippromwovi miżuri ta' konservazzjoni u ta' effiċjenza enerġetika, inklużi l-inċentivi finanzjarji kif ukoll il-mezzi biex tinkoraġġixxi l-implimentazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni preżenti fl-Istati Membri? Kif jista' jkun żgurat li l-UE tadotta l-objettiv mandatorju tal-iffrankar/l-effiċjenza tal-enerġija sal-2020?

 

2. Il-promozzjoni tal-enerġija li tiġġedded: X'miżuri huma maħsuba biex jitħeġġeġ l-investiment fl-iffinanzjar ta' teknoloġiji u riċerka tal-enerġija alternattiva li tiġġedded? Il-Kummissjoni se tkun f'pożizzjoni li tagħmel mudell li jorbot għall-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tal-enerġija li tiġġedded (RAPs) sat-30 ta' Ġunju 2009, kif propost mill-Parlament Ewropew fir-rapport li l-kumitat ITRE ivvota dwaru fil-11 ta' Settembru 2008?

 

3. Il-prijoritizzazzjoni tal-effiċjenza tal-enerġetika u tal-enerġiji li jiġġeddu fit-tieni reviżjoni strateġika li jmiss tal-enerġija: Kif tista' l-Kummissjoni tiżgura li l-iffrankar u l-effiċjenza tal-enerġija u l-enerġiji li jiġġeddu jiġu prijoritizzati fid-disinn strateġiku tal-politika futura tal-UE dwar l-enerġija bħala soluzzjonijiet sostenibbli biex titnaqqas id-dipendenza tal-UE mill-fjuwils konvenzjonali? Kif biħsiebha l-Kummissjoni timponi limitu għall-emissjonijiet ta' gassijiet bl-effett ta' serra fuq impjanti tal-enerġija mill-fjuwils fossili sabiex tippromwovi l-innovazzjoni filwaqt li tibqa' newtrali mil-lat teknoloġiku?

 

 

Imressqa: 15.09.2008

Mibgħuta: 17.09.2008

Skadenza: 24.09.2008