Proċedura : 2008/2645(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-0104/2008

Testi mressqa :

O-0104/2008 (B6-0480/2008)

Dibattiti :

PV 19/11/2008 - 20
CRE 19/11/2008 - 20

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 42kWORD 43k
10 ta' Ottubru 2008
O-0104/2008

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0104/08

skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura

minn Neil Parish f’isem il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

lill-Kummissjoni


  Suġġett: Is-sitwazzjoni tal-apikultura

 Tweġiba fil-plenarja 

L-apikultura dinjija b’mod ġenerali u Ewropea b’mod partikulari qed tiltaqa’ ma’ diffikultajiet kbar biex in-naħal jibqgħu ħajjin. Il-produzzjoni tal-prodotti tal-apikultura hija mhedda serjament.

 

Apparti din l-osservazzjoni negattiva, għandha tiġi enfasizzata t-theddida tat-tnaqqis fil-popolazzjoni tan-naħal li twassal għall-insuffiċjenza fit-traxxix tal-polline. Mingħajr in-naħal domestiċi u t-traxxix tal-polline relatati magħhom, ma nkunux nistgħu nipproduċu l-kwalità u l-kwantità  ta' pjanti, frott u ħaxix li huma tant importanti għad-dieta tal-bniedem u tal-annimali. Apparti l-periklu għall-koltivazzjonijiet dipendenti fuq in-naħal, qed tiġi mhedda l-bijodiversità kollha kemm hi.

 

It-tnaqqis drastiku tar-riżorsi tal-polline u tan-nektar, li hu kkawżat ukoll minħabba l-użu ta’ żerriegħa immodifikata u ttrattata, huwa wieħed mill-kawżi ewlenin tat-tnaqqis fil-kwantità tan-naħal. Dan it-tnaqqis joħloq żbilanċ fid-dieta tan-naħal li jwassal għall-indebboliment tas-sistema immunitarja tagħhom, u dan iħallihom vulnerabbli meta jaffaċċjaw parassiti, patoloġiji u virus oħra. Il-parassit Varroa, "l-AIDS tan-naħal" li għadu jinstab fil-bejtiet tan-naħal, u l-espansjoni tan-Nosema ceranae huma fil-qalba tal-kriżi sanitarja tan-naħal. Il-virus u l-mikożi huma wkoll ta’ theddida għan-naħal domestiċi. Dawk li jrabbu n-naħal fl-UE qed jitilfu sa 50, anke 80 tal-bejtiet tagħhom fix-xitwa.

 

Ir-riċerka xjentifika dwar il-patoloġiji u r-rimedji għalihom sal-lum il-ġurnata għadha lura ħafna.

 

Xi sforzi lesta tagħmel il-Kummissjoni biex:

 

 tiżviluppa r-riċerka kontra l-parassiti u l-mard li qed inaqqsu l-għadd tan-naħal;

 toħloq inħawi ta’ kumpens ekoloġiku (bħall-art mhix maħduma għat-trobbija tan-naħal) li jipproduċu ħafna polline u nektar u fil-ħolqien ta’ zoni buffer bħalma huma l-ġnub tat-toroq għat-traffiku;

 tippromwovi l-miżuri neċessarji għall-ġlieda kontra r-riskji ta’ traxxix tal-polline insuffiċjenti, iġifieri il-waqfien assolut tat-trattament kontra l-parassiti matul iż-żmien tad-dakkir u t-tnaqqis fl-użu ta’ żerriegħa immodifikata;

 tikkontrolla u tħares il-kwalità tal-ilma tal-wiċċ, minħabba li n-naħal huma sensittivi ħafna għal kull deterjorament tal-ambjent;

 tgħin finanzjarjament l-irziezet f’diffikulta?

 

 

 

Imressqa: 10.10.2008

Mibgħuta: 14.10.2008

Skadenza: 21.10.2008

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: FR
Avviż legali - Politika tal-privatezza