Mistoqsijiet parlamentari
PDF 30kWORD 24k
15 ta' Ottubru 2008
O-0109/2008

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0109/08

skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura

minn Raül Romeva i Rueda u Angelika Beer f’isem il-Grupp Verts/ALE, Tobias Pflüger f’isem il-Grupp GUE/NGL, Ģirts Valdis Kristovskis f’isem il-Grupp UEN, Elmar Brok

lill-Kunsill


  Suġġett: Il-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE dwar l-esportazzjoni tal-armi, għandha tiġi adottata pożizzjoni komuni

Minkejja l-fatt li l-abbozz tal-pożizzjoni komuni li tagħmel il-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE dwar l-Esportazzjoni tal-Armi torbot legalment, ilha lesta biex tkun adottata mill-Kunsill Ewropew sa mill-2005 (it-test kien ippreparat fi żmien il-Presidenza Olandiża u miftiehem mill-COARM imma kien imblukkat fil-COREPER numru ta' referenza 10569/05, 28.6.2005), minħabba reżistenza politika Franċiża, ma sar l-ebda progress sa mill-bidu tal-Presidenza Franċiża. Madankollu, il-Presidenza Franċiża wiegħdet li tibdel l-attitudni tagħha tul il-perjodu tagħha u tkompli l-proċess.  Iżda, fi tmiem Settembru 2008, dan il-progress ma jidherx li sar realtà.  Sadattant, il-Parlament kien mitlub jieħu pożizzjoni fuq żewġ abbozzi ta' direttivi dwar il-kummerċ intrakomunitarju ta' prodotti relatati mad-difiża, waħda minnhom kienet tipproponi 'simplifikazzjoni ta' termini u kundizzjonijiet ta' trasferiment ta' prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità'.

 

1. Il-Presidenza Franċiża se tpoġġi din il-materja fuq l-aġenda tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali biex tkun adottata, jekk le, għaliex?

 

2. Il-Kunsill jaqbel li ma jista' jsir l-ebda progress fit-twaqqif tad-direttiva/i msemmija hawn fuq sakemm il-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE ma ssirx strument li jorbot legalment kif previst mill-abbozz tal-Pożizzjoni Komuni?

 

 

Imressqa: 15.10.2008

Mibgħuta: 16.10.2008

Skadenza: 06.11.2008

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN 
Avviż legali - Politika tal-privatezza