Politika Ewropea dwar l-Ispazju: L-Ewropa u l-Ispazju
16.10.2008
MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0112/08
skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Pierre Pribetich f’isem il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
lill-Kummissjoni
L-UE u l-Istati Membri tagħha ilhom involuti fil-finanzjament u l-iżvilupp tat-tekonoloġija u x-xjenza Spazjali għal aktar minn 30 sena. L-adozzjoni tal-Ftehima Qafas bejn il-KE u l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) f'Novembru 2003 gradwalment wasslet għal Politika Spazjali Ewropea (ESP). Ir-Riżoluzzjoni tal-‘Kunsill dwar l-Ispazju’ tat-22 ta’ Mejju 2007 kkonfermat l-impenn tagħha. L-abbozz tat-Trattat ta’ Liżbona u l-Artikolu 189 tiegħu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU) jipprovdi lill-UE b’qafas legali għal inizjattivi tal-Kummissjoni.
1. Minħabba l-fatt li s-suq spazjali Ewropew qiegħed jikber b’7% per annum, tista’ il-Kummissjoni tassigura lill-PE mill-inizjattivi tal-politika li hija se tieħu biex ittejjeb il-kontribuzzjoni tas-settur spazjali għall-Istrateġija ta’ Liżbona, jiġifieri, fir-Riċerka u l-Iżvilupp (R&D) u l-kompetittività tal-Industrija Ewropea, ibbażata fuq l-industrija teknoloġika aerospazjali Ewropea li tforni parti sostanzjali tal-bżonnijiet kummerċjali dinjija għall-manifattura, l-illanċjar u s-servizzi tas-satelliti?
2. Il-Kummissjoni waslet għal deċiżjoni dwar l-għażliet tal-politika f’żewġ oqsma ta' prijorità:
a) Galileo u Egnos: jiġifieri, dwar il-koperazzjoni mal-imsieħba internazzjonali dwar il-kwistjonijiet ta’ kompatibilità u l-interoperabilità tas-sistema u l-applikazzjonijiet, u dwar kif tagħmel l-aħjar użu mill-R&D għas-sistemi ta’ navigazzjoni satellitari, in-netwerks is-servizzi u l-applikazzjonijiet tat-telekomunikazzjoni bis-satellita?
b) L-inizjattiva Kopernikus: jiġifieri, dwar l-użu tal-infrastruttura tal-osservazzjoni tad-dinja tal-Istati Membri, il-finanzjament, il-qafas legali u l-politika tad-dejta tagħhom, u l-politika tal-informazzjoni, fuq is-suppożizzjoni li din hija ġid pubbliku?
3. Ladarba s-sistemi spazjali huma assi strateġiċi li jiggarantixxu l-indipendenza tal-UE, liema mudell ta’ Governanza qed tikkunsidra l-Kummissjoni għall-ESP fi tliet oqsma: a) L-Ispazju u s-Sigurtà, b) L-esplorazzjoni Spazjali, inkluża l-preżenza umana u ċ) L-Ispazju u l-bidla fil-Klima?
4. Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tinvestiga u tappoġġja t-titjiriet suborbitali, li bħalissa qiegħdin taħt żvilupp kummerċjali, hekk kif l-Amerika diġà pproponiet regoli għal din l-attività u l-portijiet spazjali qed jibdew jiġu mmirati għal dan l-użu?
Imressqa: 16.10.2008
Mibgħuta: 20.10.2008
Skadenza: 27.10.2008