Mistoqsija Parlamentari - O-0113/2008Mistoqsija Parlamentari
O-0113/2008

Il-passi favur it-titjib tal-ambjent għall-SMEs fl-Ewropea - l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0113/08
skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Edit Herczog f’isem il-Grupp PSE, Nicole Fontaine f’isem il-Grupp PPE-DE
lill-Kunsill

Proċedura : 2008/2669(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0113/2008
Testi mressqa :
O-0113/2008 (B6-0485/2008)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Meta titqies l-importanza tal-SMEs għall-ekonomija tal-Ewropa u l-kontribut tagħhom għall-kompetittività u l-impjiegi tal-UE, tant li jagħtu x-xogħol lil aktar minn 100 miljun ruħ, filwaqt li jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku, billi huma għajn ewlenija tal-innovazzjoni, jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll l-iżvilupp reġjonali,

 

1. Jista' l-Kunsill jikkonferma lill-Parlament Ewropew illi għandu fi ħsiebu li japprova formalment l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA) fil-Kunsill Ewropew sabiex jiżgura li jkunu magħrufin minn kulħadd, kif inhu meħtieġ, il-prinċipji tal-istess Att, u jiżgura wkoll l-impenn li jorbot lill-Istati Membri magħhom?

 

2. Jista' l-Kunsill jikkonferma illi għandu l-ħsieb jintegra r-rapporti tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA) fil-programm annwali dwar ir-Riforma ta' Liżbona, u dan bħala kapitlu għalih waħdu?

 

3. Liema azzjonijiet konkreti beħsiebu jieħu l-Kunsill biex jiżgura li l-impatt pożittiv fuq l-ambjent tan-negozju permezz tal-prinċipju L-Ewwel Aħseb Żgħir jagħmel differenza tassew f'livell nazzjonali, reġjonali u lokali?

 

4. Fl-isfond tal-kriżi fis-swieq finanzjarji, l-SMEs għandhom sehem sinifikattiv biex jiggarantixxu l-kompetittività tal-ekonomija tal-UE. X'miżuri beħsiebu jieħu l-Kunsill biex jippermetti aċċess sostenibbli tal-SMEs għall-finanzji?

 

 

Imressqa: 27.10.2008

Mibgħuta: 28.10.2008

Skadenza: 18.11.2008