Mistoqsija Parlamentari - O-0012/2009Mistoqsija Parlamentari
O-0012/2009

il-50 anniversarju tar-rewwixta Tibetana u d-djalogu bejn id-Dalai Lama u l-Gvern Ċiniż

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0012/09
skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Marco Cappato, Marco Pannella u Janusz Onyszkiewicz f’isem il-Grupp ALDE, Monica Frassoni u Eva Lichtenberger f’isem il-Grupp Verts/ALE
lill-Kummissjoni

Proċedura : 2009/2550(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0012/2009
Testi mressqa :
O-0012/2009 (B6-0012/2009)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

 Meta wieħed jikkunsidra li nhar l-10 ta’ Marzu li ġej se jkun il-50 anniversarju tar-rewwixta Tibetana kontra l-amministrazzjoni Ċiniża;

 

 meta wieħed iqis il-falliment tan-negozjati bejn l-awtoritajiet Ċiniżi u l-Qdusija tiegħu d-Dalai Lama;

 

 meta wieħed iqis ir-riżoluzzjoni tal-PE (P6_TA(2008)0119) tal-10 ta’ April 2008 dwar it-Tibet fejn il-Parlament Ewropew:

 

 Talab li ssir inkjesta miftuħa u indipendenti dwar l-irvellijiet riċenti u dwar ir-ripressjoni fit-Tibet taħt l-awspiċju tan-NU (...);

 

 talab lill-Kunsill (...) biex jissorvelja l-iżviluppi mill-qrib, u biex jiżgura li l-UE tadotta pożizzjoni komuni konsistenti u li d-deċiżjonijiet meħuda fuq il-bażi tagħha jkunu implimentati kif jixraq (...);

 

 tenna l-istedina tiegħu sabiex il-Kunsill jaħtar mibgħuta speċjali għall-kwistjonijiet tat-Tibet sabiex jiffaċilitaw id-djalogu bejn il-partijiet (...);

 

 (...) talab li jinfetaħ djalogu kostruttiv mingħajr kundizzjonijiet minn qabel, bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim politiku komprensiv, li jinkludi soluzzjoni sostenibbli fir-rigward tal-awtonomija kulturali u politika tat-Tibet, il-libertà tal-kult u drittijiet veri tal-minoranzi għall-poplu Tibetan fi provinċji Ċiniżi oħra tal-viċinat;

 

X’se jkunu l-azzjonijiet li se twettaq il-Kummissjoni sabiex jerġgħu jibdew in-negozjati bejn il-Gvern Ċiniż u l-Qdusija Tiegħu id-Dalai Lama?

 

X’għamlet il-Kummissjoni bħala segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew?

 

X’kienu l-azzjonijiet li wettqet il-Kummissjoni biex tikkonstata r-responsabilitajiet tal-falliment tan-negozjati? B'mod partikulari, dawn l-azzjonijiet jikkonstataw li l-Memorandum Tibetan dwar “Awtonomija Ġenwina għall-Poplu tat-Tibet" huwa proposta għal awtonomija ġenwina (kif iddikjara l-Gvern Tibetan fl-Eżilju) jew huwa proposta għal “indipendenza moħbija” (kif iddikjara l-Gvern Ċiniż)?

 

 

Imressqa: 28.01.2009

Mibgħuta: 30.01.2009

Skadenza: 06.02.2009